Dawn il-ħames affarijiet ġew ivvintati mill-Indjani
Meta kont żgħir, l-impressjoni li kelli tal-Indja kienet li kien xi pajjiż kollu faqar. Ftit li xejn kont naf li f’dan il-pajjiż sabiħ hemm nies sinjuri u talent kbir. U t-talent tan-nies f’dan il-pajjiż mhux xi ħaġa ta’ llum, hekk kif minn snin ilu , nies Indjani ivvintaw affarijiet li għadna ngawdu minnhom sa llum
Ftit jaqa’ f’moħħna illi s-shampoo hija invenzjoni Indjana, invenzjoni li ilha sa mis-sena 1762. L-ewwel shampoo kein magħmul minn ħwawar u żjut u kien jintuża sabiex isiru massaġġi tar-ras
Il-logħba taċ-ċess hija waħda mill-aktar logħbiet popolari tant illi isiru kampjonati kbar tal-logħob tac-chess. U għalkemm l-ewwel persuna li ivvinta ċ-ċess mhux magħruf, ħafna nies jagħtu l-kredtu ta’ din l-invenzjoni sabiħa lill-matematiku Indjan Sessa. L-ewwel verżjoni taċ-ċess kellu 64 kaxxa u kienet tintlgħab bejn 4 persuni
Il-buttuni. Ħaġa sempliċi, li kważi bilkemm inqisuha bħala invenzjoni. Madankollu, il-buttuni bidlu l-istil tal-ħwejjeġ. Oriġinarjament, il-buttuni ivvintati mill-Indjani, li kienu magħmulin mill-arzell kienu jintuża biex iżejnu bihom, imma wara bdew jintużaw sbiex naqflu l-ħwejjeġ bihom
Riga– Dik il-biċċa injama jew plastik immarkata bin-numri u linji sabiex inkejlu jew naqtgħu xi linja dritta. Din ukoll kienet ivvintata mill-Indjani ħafna snin ilu. L-ewwel rigi kienu magħmuli mill-injam jew ivorju
USB– Kien l-Indjan Ajah Bhatt illi ħoloq il-USB l-1996, Dak iż-żmien, Bhatt ma setax jipprintja l-proġett ta-iskola tat-tfal tiegħu u għlhekk ħoloq sistema kif dokument seta’ jinġarr minn post għall-ieħor
Dawn huma biss ftit mill-invenzjoniet li għamlu ċittadini Indjani. Dan il-pajjiż ta’ kultura u ġmiel offra ħafna lid-dinja, u hija ħasra li kultant inħallu l-preġudizzju ta’ kif naraw pajjiż