Dawn l-erbgħa titli tal-kanzunetti mhumiex tas-soltu
Waħda mill-affarijiet li taf tkun diffċli meta tikteb kanzunetta, hi l-isem tal-kanzunetta. Ħafna drabi tkun xi frażi mill-kanzunetta nnifisha, jew xi ħaġa li tiddeskrivi l-kanzunetta jew xi ħaġa li twassal messaġġ. L-isem jaf tkun għażla diffiċli għax dan irid ikun xi ħaġa li jiġbed l-għajn, li jolqot mill-ewwel. Imma matul is-snin ħarġu kanzunetti li mingħajr ma nidħlu fil-mertu tal-mużika u l-lirika tagħhom, it-titli tagħhom laqtu l-għajn għal raġuni differenti
Dawn huma biss erbgħa minnhom. Hemm ħafna aktar, u żgur li int taf oħrajn
1) You’ re the reason our kids are so ugly. Normalment fil-kanzunetti jintużaw kliem li jfaħħru u jikkumplimentaw lill-partner. Dan it-titlu tal-kanzunetta tal-kanzunetta maħruġa fl-1978, ta’ Conway Twitty u Loreta Lynn ma tantx jikkumplimeta, anzi iwaħħal fil-persuna l-oħra li tfal huma koroh
2) He hit me (and it felt like a kiss). Din il-kanzunetta kienet ħarġet fl-1962, u għalkemm kienet indaqqet xi ftit, naqqset mill-popolarita wara ftit, forsi ukoll minħabba l-protesti. Ħafna kienu qalu li l-kanzunetta kienet taċċetta l-abbuż mil-partner, hekk kif it-titlu jgħid illi d-daqqiet inħassu bħala bewsa
3) I’ve been flushed from the bathroom of your heart. Forsi vera li kultant inħossu ili xi ħadd ħariġna minn qalbu, imma l-mod kif ġiet deskritta din il-ħaġa fit-titlu ta’ din il-kanzunetta kien stramb, għalkemm nistgħu ngħidu li oriġinali
4) Get Your Tongue Outta My Mouth ‘Cause I’m Kissing You Goodbye– Kanzunetta ta’ Ray Stevens, fejn fiha ma tantx dam jomgħod il-kliem sabiex iwasslilha l-messaġġ li se jħalliha