Dawn l-irġiel iżżewġu diversi drabi

 Dawn l-irġiel iżżewġu diversi drabi

Hawn min jgħidlek li ż-żwieġ qiegħed għal ħamiem. Oħrajn jgħidu li żwieġ wieħed huwa biżżejjed. Imma fl-istorja kien hemm irġiel illi xejn ma qablu ma’ dan il-kliem. Anzi iżżewwġu diversi drabi, u fil-każijiet kollha kienu miżżewġin aktar minn mara waħda fl-istess żmien. Ovvjament mhux f’Malta għax l-irġiel Maltin ma togħġobomx din il-ħaġa… ehm ridt ngħid il-liġi ma tippermettix

Jack Kigongo kien raġel mill-Uganda kellu għoxrin mara, bl-aħħar żwieġ tiegħu iseħħ meta kellu 80 sena. Huwa kien jgħix f’dar kbira flimkien ma’ tnax-il mara , waqt illi it-tmien nisa l-oħra kienu joqogħdu f’dar oħra illi kellu. Ovvjamnet Kigongo kien iżurhom ta’ sikwit. Minn dawn in-nisa kollha, ir-raġel mill-Uganda kellu aktar minn 150 tifel u tifla, filwaqt li kellu madwar 500 neputi. Fi żmien partikolari, 80 minn 130 student fl-iskola, kienu tfal tiegħu. Kigongo miet meta kellu 103.

Joseph Smith iżżewweġ madwar tletin mara, b’uħud minnhom kienu diġa miżżewġin irġiel oħra qabel. In-nisa li żżewweġ kienu jvarjaw fl-eta , hekk kif iżżewweġ kemm tfajla ta’ erbatax-il sena, kif ukoll mara ta’ sittin. Emma, li kienet l-ewwel mara tiegħu kienet kontra li Smith jiżżewweġ aktar minn mara waħda. Wara kienet aċċettat li jiżżewwġ tlieta oħra magħha, imma ma tantx għoġbitha l-ħaġa, hekk kif wara ftit keċċiethom barra mid-dar. Madankollu, Smith kien sab metodu li jaħbi lin-nisa minn Emma

Brigham Young iżżewweġ madwa 55 darba. Madanollu għaxra minnhom kienu kisbu id-divorzju minn miegħu. Minn dawan in-nisa, Young kellu 56 wild

Acentus Akuku iżżewweġ mitt darba u ddivorzja 30 minnhom. L-ewwel żwieġ tiegħu seħħ fl-1939 waqt li l-aħħar żwieġ seħħ fl-1992. Jingħad illi Akuku kellu madwar 160 wild

Moulay Ismail Ibn Sharif, Marokkin iżżewweġ b’mod uffiċjali 4 nisa ” biss”, madankollu kellu madwar 1000 mara jgħixu miegħu. Il-Marokkin kien protettiv ħafna tan-nisa tiegħu, kif ukoll kien għajjur tant li kien jikkastiga bl-aħrax lil dik il-mara li taqlibilu, kif ukoll lil xi raġel li jħares lejhom. Ovvjamnet hu ma kienx ifittex nisa oħra. Minkejja li ħadd ma jaf eżatt kemm kellu tfal, huwa dokumentat li kellu aktar minn 800 tifel u tifla

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com