Eros, Bocelli, Zucchero jew Pausini? Għandhom Jerġgħu Jiġu Malta?

Minn mindu bdew jiġu artisti internazzjonali f’Malta, kull darba li nisimgħu li xi ħadd bħal Eros Ramazzotti jew Laura Pausini se jkun qed jittanta l-palk. Għax għalina l-Maltin, mużika bħal din mhix biss xi ħaġa li nisimgħu fil-karozza jew fid-dar, imma hija esperjenza li rridu ngħixuha live f’kunċerti tant memorabbli.
Min jista’ jinsa’ l-enerġija li Zucchero ġab miegħu? Kull darba li kien f’Malta, qisu ġabna familja waħda fejn kulħadd kien magħqud b’żifna u kanzunetta waħda. Andrea Bocelli, min-naħa l-oħra, ħalla lil kulħadd bla kliem bil-leħen uniku tiegħu.Kemm għadna niftakru d-dawk il-konċerti meta Laura Pausini qasmet il-palk b’passjoni u enerġija li ħalliet lil kulħadd jixtieq iktar.
Imma issa x’se jiġri? Għandhom dawn l-artist taljan ikomplu jiżżiedu mal-memorji tagħna u jerġgħu jiġu Malta? Ħa nkunu onesti – aħna lesti li nagħmlu minn kollox biex nerġgħu narawhom fuq il-palk! Eros ikanta “Se Bastasse Una Canzone,” “La solitudine” ta Laura Pausini, Zucchero b’“Baila Morena”, u “The Prayer” ta Andrea Bocelli, huma kollha diski li jqabbduk nostalġija kbira meta nisimgħom aħna l-Maltin.
Allura, min fost dawn l-artist kollha, għandna nagħmlu pressjoni biex jerġa’ jżurna u ngawdu l-mużika tal-qlub tagħna? Imma issa nixtieq nisma’ mingħandkom – min hu l-favorit tagħkom? Min tixtiequ li jdoqq f’Malta mill-ġdid?