Għalfejn nagħtu xi laqam lit-tfal jew lill-maħbubin tagħna
Meta nagħtu xi isem lit-trabi, noqogħdu ħafna attenti illi l-isem ikun sabiħ u li mhux se jimbarazzahom il-quddiem. Insemmuhom għal xi ħadd li għandu ċertu importanza għalina, għal xi ħadd illi huwa famuż, jew inkella għal xi ħaġa li tfakkarna f’xi ħaġa sabiħa. Imma qatt innutajtu kemm -il darba il-ġenituri jspiċċaw jirrferu għat tfal tagħhom b’xi laqam, ovvjament sabiħ.
Eżempju isejħu lit-tfal “il-Pupa”, ” Sweetie Pie” , “L-anġlu”, “il-qattusa” jew saħansitra ” ix-xadina“. Ma’ dawn jiżdiedu ammont ikbar ta’ laqmijiet ħelwin, li jnisslu tbissima. Imma dawn il-laqmijiet ma ntuhomx biss lit-tfal, imma nagħtuhom ukoll lill-partner tagħna, kultant dak il-laqam nużawh biss meta nkunu weħedna
Imma kont taf li dawn il-laqmijiet għandhom il-vantaġġi tagħhom ukoll?
Il-laqmijiet mogħtija mhemmx bżonn ikollhom xi sinifikat partikolari. Imma b’dawn il-laqmijiet ħelwin inkunu qed nersqu lejn it-tfal jew lejn il-partner. Kulħadd jieħu pjaċir jiġi mqabbel ma’ xi ħaġa sabiħa jew li hi ta’ mportanza għal min jgħidha. B’hekk iħossu illi hu jkun speċjali għal dik il-persuna
Ismek huwa xi ħaġa li kulħadd jgħajjatlek bih. Imma dak il-laqam ħelu li ngħajjtu lit-tfal jew partner bih juri kemm dik il-persuna hija unika għalina. Li persuna tuża kliem sabiħ biex tgħajjat lit-tfal jew partner turi li minkejja dan jista’ juża isem bħal ħaddeħor, hu qed juża kliem speċjali biex jirreferi għalihom, tifsra li huma nies speċjali
Apparti minn hekk, dawn il-laqmijiet ħelwin huma xi ħaġa li jnisslu tbissima fit-tfal, anki meta jikbru. Laqmijiet illi jafu iġibulhom in-nostalġija, u jfakkruhom fl-avventuri sbieħ tat-tfulija