Għaliex m’għandekx tiekol bil-għaġla? Ara minn hawn
Fid-dinja tal-lum, forsi tħoss li huwa essenzjali li tiekol bil-għaġla biex tlaħħaq ma’ kollox, iżda dan iġib miegħu problemi sinjifikanti għas-saħħa.
Jaqbdek ħafna gass
Meta wieħed jiekol bil-għaġla jispiċċa jibla’ ħafna arja żejda u jwassal sabiex iħoss infieħ żejjed u skonfort fil-parti addominali tal-ġisem. Minkejja li anke fatturi oħrajn bħal meta tgħomod iċ-chewing gum jew tpejjep jikkontribwixxu għal dawn, il-konsum tal-ikel bil-għaġla huwa kawża primarja.
Ma tgħomodx l-ikel kif suppost
Meta tgħomod kif suppost, tkun qed tgħin il-proċess ta’ diġestjoni. Madanakollu meta tgħomod inqas, tista’ twassal sabiex ikollok partiċelli ta’ ikel akbar fl-istonku u b’hekk ikollok indiġestjoni u nuqqas ta’ assorbiment tan-nutrijenti.
Ma tibqax tifhem meta bil-ġuħ jew bl-aptit
Ġisimna jserraħ fuq il-konnessjoni bejn l-imsaren u l-moħħ biex jirregola l-ġuħ u s-sens li tħossok mimli. Meta tiekol bil-għaġla, ma tagħtix ċans li l-ġisem jgħaddi l-messaġġi neċessarji bejn iż-żewġ organi u b’hekk kapaċi tiekol aktar milli hemm bżonn.
Konsegwenzi serji tas-saħħa
Meta tiekol bil-għaġla ta’ spiss, tista’ żżid ir-riskju ta’ problemi kardjovaskulari, livelli għolja ta’ trigliċeridi u s-sindromu metaboliku. Ir-riskju tal-obeżità u problemi tas-saħħa relatati huwa partikolarment għoli.
Allura x’għandek tagħmel? Ħu nifs man…meta tiekol bilmod u żżomm lilek innifsek konxju ta’ dak li qed tiekol, tista’ ttejjeb id-diġestjoni, l-assorbiment tan-nutrijenti u s-saħħa ġenerali. Ħu l-ħin tiegħek u tgħallem gawdi l-mumenti li fihom tiekol, filwaqt li tisma’ s-sinjali li jgħaddilek ġismek.