Hamilton-Parker u Nostradamus

 Hamilton-Parker u Nostradamus

Żgur illi xi darba jew oħra kulħadd sema’ bil-bassar Nostradamus. Bassar illi twieled fi Franza fis-seklu sittax. It-tbassir tiegħu għadu magħruf saż-żminijet ta’ llum. Ħafna profeziji tiegħu seħħew

F’dawn l-aħħar snin tfaċċa persuna oħra illi kapaċi ibassar il-futur: Craig Hamilton- Parker, psiki illi bassar il-ħruġ tal-Ingilterra mill-Unjoni Ewropeja (Brexit),il-mewt tar-Reġina Eliżabetta, kif ukoll bassar ir-rebħa tal-President Amerikan Donald Trump.

Tbassira oħra illi għamel Hamilton-Parker kient l-attentat ta’ qtil fuq Donald Trump, xi ħaġa illi rajniha sseħħ riċentament. Dan il-bassar qal ukoll illi Trump ser jerġa’ jirbaħ l-elezzjoni Presidenzali ta’ Novembru li ġej
Skont il-bassar innifsu, Craig juża l-astroloġija Nadi, li hija twemmin fejn il-ħajja tal-bniedem tista’ titbassar. Skont hu Crag stess, hu seta’ jbassar l-attentat fuq Trump sa mis-sena 2019 għaliex kien qara n-Nadi chart tiegħu fl-2019

Minħabba t-tbassir tiegħu, Hamilton-Parker qiegħed ikun imqabbel ma’ Nostradamus. Imma min hu dan il-bassar?
Hamilton -Parker twieled fis-sena 1954 fl-Ingilterra. Huwa jgħid illi fl-2017 kien kapaċi ibassar il-Covid19 meta kien qal illi pandemija ta’ influwenza kienet ser tiknes id-dinja
.
Minbarra illi “jbassar “ il-futur, Hamilton-Parker huwa ukoll medium, jiġifieri persuna illi jikkomunika mal-mejtin. Fl-2003, waqt programm teeviżiv imxandar fl-Istat Uniti, Hamilton -Parker kien qal li għamel kuntatt mal-Prinċipessa Diana. Dan il-programm kien irċieva kritika kbira minħabba li kien sar mingħajr il-kunsens tal-familjari tal-Prinipessa

Ma’ dawn Hamilton-Parker qed ibassar ukoll illi r-Russa u ċ-Ċina ser jiffurmaw forza u li se tinstab kura għal kanċer. Huwa qed ibassar ukoll għaragħar f’Londra u l-Ġermanja, terrimoti fl-Italja u l – Amerika, kif ukoll li ser isir avvanz ġdid fit-trattament għal Alzheimer

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com