Il-ħamiem: Min jitimgħu u min ma jaħmlux

 Il-ħamiem: Min jitimgħu u min ma jaħmlux

Kważi f’ kull pjazza issib ammont ta’ ħamiem. Ħamiem li hawn min jiggosta u hawn min idejqu. Ngħiduha kif inhi, mhux xi ħaġa sabiħa li tkun għaddej minn taħt xi wajer u tispiċċa b’ xi prodott iġġenerat mill-intern tal-ħamiem fuqek. U lanqas hi xi ħaġa sabiħa li tħalli l-karozza ipparkjata taħt xi siġra, u tistħajjel li tkun ipparkjatha taħt xi tojlit tal-ħamiem

Imma hawn min tant iħobbu li b’ mod regolari itih jiekol xi biċċa ħobż. Erħilu li hu kontra liġi li titma’ l-ħamiem, u tkun qed tissogra li teħel multa żgħira. L-għan li ma jsirx tmigħ ta’ ħamiem hu li l-ħamiem jiekol ikel ipprovduti jkun fih kontraċettiv, bl-għan prinċipali li ma jkattarx

Għalkemm meta nara li l-ammont ta’ ħamiem għadu l-istess, niddubita kemm dan il-metodu qed jaħdem. Matul is-snin, kemm f’ Malta kif ukoll barra minn xtutna intużaw metodi differenti dwar kif jista’ jiġi kkontrollat il-ħamiem

Wieħed mill-metodi ippruvati kien l-isparar, metodu li ma tantx jinżel tajjeb, metodu barbaru. Xi ħaġa oħra li ġiet ippruvata kien li jinqabdu bix-xbieki. Imma hekk jinqabdu ftit wisq

Il-ħamiem huwa magħruf illi jħammġu mhux biss il-monumenti, imma ukoll il-bini, apparti li jagħmel ħsara kbira lill-ġebla. Għalhekk hawn min jipprova jinstalla vireg sabiex il-ħamiem ma joqgħodx fuq dak il-bini. Ġieli intużaw ukoll devices sabiex igerrxu lil ħamiem

Filwaqt li tajjeb li naraw kif se nnaqqsu l-ammont ta’ ħamiem, imma tajjeb inżommu f’ moħħna li l-ħamiem hu xi ħaġa ħajja, u l-metodu li nsibu irid ikun b’ dinjità u ma jwassalx għal tbatija fuq l-annim

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com