Il-masturbazzjoni fiha l-benefiċċji
Kont taf illi l-masturbazzjoni fiha ħafna vantaġġi kemm fiżiċi kif ukoll għas-saħħa mentali tagħna?
Fl-imgħoddi kien hemm twemmin illi mhux biss il-masturbazzjoni hija dnub, imma ukoll li kien att illi jwassal għal problemi mentali. Madankollu, din l-idea, li l-masturbazzjoni twassal għal problemi mentali, ilha żmien illi ġiet miċħuda minn riċerka. Anzi ġie nnutat illi l-masturbazzjoni hija attivita sesswali normali li tipprovdi benefiċiji għal saħħitna
Xi kulturi għadhom ikkundannaw l-att tal-masturbazzjoni, u hija meqjusa bħala taboo. Fi studju li sar riċentament instab illi l-masturbazzjoni ma twassalx għad dipressjoni. Apparti d-dipressjoni u problemi mentali, kien hawn għidut li masturbazzjoni twassal għal:
-Telf ta’ vista
-Suf fuq il-pali tal-id
-Jonqos l-ammont ta’ sperma, b’possibilta inqas li jkollok tfal
-Tnaqqis fix-xewqat sesswali
-Infertilita
Madonkollu ir-riċerka ma ppruvat xejn minn dawn it-teoriji/qlajjiet
Anzi waqt il-masturbazzjoni, bħal attivita sesswali oħra jiġu released ċertu ormoni u kimiċi illi jgħinu l-moħħ iħossu aħjar.
Ovvjament, il-benefiċċji tal-masturbazzjoni jintilfu jekk dak li jkun tant jagħmel din l-attivita , illi jitlef il-kontroll ta’ ħajtu jew inkella iħalli l-masturbazzjoni tieħu post ir-relazzjoni sesswali mal-partner
Benefiċċji tal-masturbazzjoni
-Tnaqqas it-tensjoni sesswali
-Tnaqqas l-istress
-Tgħinek sabiex torqod aħjar
-Issaħħaħ il-muskoli tal-pelvc area
-Tgħinek tiffoka aħjar
-M’hemmx riskji ta’ tqala jew STD
-Taf tnaqqas ir-riskju tal-kanċer tal-prostata
-Tgħin biex ikollok aktar orgażmu