Ir-raġel tiegħek jagħmel seklu fuq il-loki? Ara għaliex
L-irġiel ħafna drabi jqattgħu aktar ħin fuq il-loki min-nisa, imma dan mhux biss għax għandhom l-imsaren b’movimenti aktar twal… Infatti, l-irġiel huma inqas magħrufa fejn jidħlu problemi fl-imsaren u jbatu inqas min-nisa bil-konstipazzjoni. Hemm iżda raġunijiet oħrajn li jwasslu sabiex l-irġiel iqattgħu ħafna aktar ħin imkaħħlin mat-tron taċ-ċiramika.
- Rilassament – l-irġiel jaf isibuha aktar faċli jirrilassaw meta jkunu fuq il-loki minħabba l-mod kif taħdem is-sistema nervuża tagħhom. L-istat parasimpatetiku, li jgħin id-diġestjoni, jista’ jinkoraġġihom jirrilassaw qabel ma jirritornaw għall-ħajja ta’ kuljum.
- Distrazzjoni – Diversi studji li saru mal-irġiel sabu li ħafna drabi jispiċċaw iqallbu fuq il-mowbajl jew jaqraw waqt li jkunu fuq il-loki u b’hekk jestendu l-ħin tagħhom hemm.
- Stigma Soċjali – In-nisa ħafna drabi jħossu l-pressjoni biex jgħaġġlu meta jkunu fil-kamra l-baxxa, probabbilment minħabba stigma soċjali li evolviet f’abbitudni maż-żmien. Intant, l-irġiel iħossuhom aktar komdi jieħdu l-ħin tagħhom.
- Skappatura – Għall-irġiel, il-kamra l-baxxa u s-siġġu taċ-ċiramika, jservu bħala post ta’ solitudni, bħal ħarba ċkejkna mir-responsabbiltajiet u l-aspettativi fuqhom. Forsi għalhekk kull darba li tqabbdu jagħmel xi ħaġa jgħidlek li għandu bżonn jidħol it-toilet….