Isir irkant biex tixtri l-patelli
Ftit ilu kien hawn artiklu dwar kollezzjonijiet strambi u deher biċ-ċar illi hawn nies li litteralment ifaddlu dawk l-affarijiet illi ħadd ma jimmaġina. Timmaġina lil xi ħadd illi jfaddal il-patelli? Għal min ma jafx x’inhi patella, hija dik il-ħaġa illi n-nies li ma jkunux jistgħu iqumu mis-sodda, ikunu jistgħu jisservew fih, speċjalment meta jkunu l-isptar
Il-persuna illi għandha din il-ġibda lejn il-patelli hija l-Ingliża Mary Jacobs, mara li llum tgħodd madwar 77 sena. Is-Sinjura Jacobs ilha tfaddal il-patelli sa mis-sena 1984, jiġifieri madwar erbgħin sena. Issa li qed tikber fl-eta iddeċidiet illi ssib persuna illi jkun jista’ jieħu ħsieb din il-kollezzjoni tant interessanti
Mary Jacobs ippruvat tbiegħ din il-kollezzjoni waqt irkant, madankollu jidher li ma kienx hemm interess u x-xerrej prospettiv baqa’ ma nstabx. Waqt l-irkant organizzat mill-kumpanija Batemans, kumpanija ibbażata fi Stamford, l-ebda xerrej ma wera interess, minkejja li kient irreklamata bħala xi ħaġa għal kulħadd. Waqt dan l-irkant , dak li jkun seta’ jixtri l-kollezzjoni kollha jew partijiet minnha, hekk kif il-kollezzjoni ġiet maqsuma fi gruppi ta’ bejn 6 u 12-il patella kull grupp.
Minkejja l-falliment waqt l-irkant, Jacobs ma qategħetx qalbha u issa qed tipprova tbiegħ b’modi differenti
Jacobs xtrat l-ewwel patella għal prezz ta’ nofs Lira Sterlina, u llum għandha aktar minn mija u sittin (160) patella differenti. Tant tgħożżhom, illi għandha cupboard fil-kamra tas-sodda sabiex tkun tista’ żżomm il-kollezzjoni tagħha
Jacobs isserraħ ras ix-xerrejja prospettivi, illi l-patelli huma nodfa u miżmuma f’kundizzjoni tajba