It-tamal huwa verament tajjeb għas-saħħa?

 It-tamal huwa verament tajjeb għas-saħħa?

It-tamal, il-frotta ħelwa li tikber fis-siġar tal-palm, minn dejjem kienet popolari fl-ikel u l-ħelu tradizzjonali Malti. Iżda apparti mill-fatt li hija frotta ħelwa, iġġib magħha wkoll diversi benefiċċji tas-saħħa.

Din il-frotta fiha ħafna fibra, u jingħad li meta wieħed jiekol erba’ tamliet ikun qed jikkonsma inqas minn 300 kalorija u madwar 7 grammi ta’ fibra. Dan jgħin fit-tnaqqis tal-kolesterol u anke jwassal sabiex tħossok mimli aktar fit-tul. 

Din il-frotta hija wkoll sors ta’ enerġija, partikolarment għax fiha ħafna zokkor. Qed ngħidu madwar 66 gramma. Fiha wkoll madwar 2 grammi proteina, inluż id-disa’ amino aċidi essenzjali.

Meta tiekol it-tamal, tkun qed tipprovdi lill-ġisem bi 15% tal-bżonn li tikkonsma potassju u manjeżju fil-ġurnata. Dan ifisser li fihom aktar potassju minn banana.

Kif tista’ tintegra t-tamal fid-dietà tiegħek?

  1. Kulhom friski jew nixfin.
  2. Żidhom ma’ xi smoothie bħala dolċifikant naturali.
  3. Ħallat tamal imqatta’ ma’ ġewż, ħafur u butir tal-karawett u għamel energy balls.
  4. Imlihom bil-butir tal-karawett u l-biċċiet taċ-ċikkulata.
  5. Żidhom ma’ xi salad.
  6. Użahom bħala sostitut taz-zokkor meta tagħmel xi kejk jew gallettini.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com