It-teknoloġija serqitilna l-privatezza

 It-teknoloġija serqitilna l-privatezza

Ħadd ma jista’ jiċħad illi l-avvanz kbir fit-teknoloġija fl-aħħar snin bidlitilna ħajjitna ta’ taħt fuq. Ġabitna b’ ħajja aktar komda (jew ta’ għażż?), fejn b’ żewġ għafsiet ta’ buttuna kapaċi nixtru, nibbukjaw vaganzi, nibagħtu korrispondenza u saħansitra nattendu l-laqgħat tax-xogħol. Nistgħu ukoll nagħmlu kull tranżazzjoni bankarja, u l-muniti nistgħu ngħidu li qed jonqsu kuljum

Ħajja aħjar hux veru? Imma kull progress għandu prezz. U l-prezz ta’ dan l-avvanz huwa għoli. L-effetti negattivi qegħdin hemm ukoll.

Eżempju qatt għadda minn moħħkom kemm it-teknoloġija serqitilna l-privatezza b’ diversi modi?

WhatsApp u Messenger

Kemm -il darba kont fil-kumdita ta’ darek, liebes komdu u jdoqqlok it-telefon? Qabel kont taqbad it-telefon bla problemi ta’ xejn. Imma llum qabel twieġeb telefonata trid toqgħod attent li int liebes diċenti u li m’hemmx imbarazz jiġri mad-dar, hekk kif ammont ta’ telefonati saru jkunu video call

Location

Sistema komda, speċjalment jekk trid tuża’ sistemà ta’ GPS. Imma meta tħalli location mixgħula tkun ħallejt traċċa ta’ kull minn fejn għaddejt. Anki jekk sempliċement tidħol f’ kumpless tax-xiri, mhux l-ewwel darba li tirċievi notifika li tistaqsik kif kienet il-mawra tiegħek f’ dak it-tali ħanut

Social media

Ovvjament x’ jibqa’ privat u xi jsir pubbliku, jiddependi minnek. Imma dak li xi darba ttella’ fuq l-internet, isir prattikament pubbliku għal dejjem, anki jekk tkun ħassartu.

Apparti li meta tfittex dwar xi ħaġa, jibdew jitilgħu reklami u artikli dwar dik it-tema jew prodott

Flus

Illum ħafna nixtru b’ mod diġitali. Ma nużawx flus kontanti. Imma meta nħallsu b’ dan il-mod inkunu qed nagħtu informazzjoni dwar xi xtrajna u minn fejn

Meta tara dan kollu, taħseb li għadna ċittadini privati, jew kollox qiegħed jiġi osservat?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com