It-titqib tal-widnejn: trabi jew tħallihom jikbru

 It-titqib tal-widnejn: trabi jew tħallihom jikbru

Meta jkollok tifla, tibda tisma’ ħafna nies jgħidulek sabiex ittaqbilha widnejha biex tagħmillha l-imsielet. U ħafna jagħżlu li jtaqqbu widnejn it-tfal sa minn meta jkunu għadhom żgħar ħafna, anki sa minn meta jkollhom tlett xhur. Oħrajn ma jaqblux li jtaqqbu l-widnejn ta’ eta’ daqshekk tenera, u saħansitra jgħidlek illi ladarba dak huwa ġisem it-tfal, it-tfal stess għandhom dritt jiddeċiedu huma jekk jagħmluhomx jew le. Fuq kollox, l-imsielet huma xi ħaġa kosmetika

L-eta’ ta’ meta jittaqbu l-imsielet tiddependi ukoll mill-kultura. Madankollu, l-imsielet qatt m’għandhom jittaqbu qabel it-tfal ikollhom 3 xhur, u idealment wara li ssir diskussjoni mal-pedjatra. Ma tkunx ħaġa ħażina jekk nistennew ftit sakemm it-tfal ikunu kapaċi jieħdu ħsieb l-imsielet huma stess

Hawn min jissuġġerixxi illi qabel jittaqbu l-widnejn, it-tfal għandhom ikunu ħadu t-tilqima kontra t-tetnu. Dan minkejja li r-riskju li jkollhom tetnu b’konsegwenza tat-titqib tal-imsielet hija minima

Irrilevanti mill-eta’, dawn huma ftit suġġerimenti żgħar li għandna nagħtu każ meta nagħmlu l-imsielet lit-tfal

Evita milli ttaqqab widnejn it-tfal qabel jagħlqu 3 xhur. Ftakar li jekk ikollhom infezzjoni u jitlagħlhom id-deni, il-prattika hi li jekk se teħodhom għand tabib se jirreferihom għall-isptar, u jridu jgħaddu minn ammont mhux ħażin ta’ testijiet

• Agħżel imsielet li jkunu magħmula minn materjal li mhux normalment iqabbad xi allerġija. Deheb jew fidda huma ideali

• L-imsielet għandhom jittaqbu għand xi ħadd kwalifikat u li jisteralizza l-apparat

• L-imsielet tat-titqib m’għandhomx jitbiddlu m’oħrajn qabel sitt ġimgħat, sabiex tagħti ċans il-ferita tfieq

Naddaf regolari is-sit tat-titqiba, u osserva għal xi sinjali li jindikaw xi infezzjoni. Fost dawn is-sinjali tajjeb li tosserva għal xi materja, ħmura jew nefħa

Dawn huma ftit suġġerimenti. Jekk se ttaqqab l-imnsielet fuq it-tfal, nissuġerixxu li tkellmu lil xi professjonist qabel sabiex jagħtik il-pariri meħtieġa

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com