Jekk ma tħobbx l-ikel jaħraq, dawn il-platti tħarisx lejhom
Fil-ħajja mhux kulħadd l-istess, u għalhekk il-gosti ta’ kulħadd huma differenti. Anki fl-ikel, mhux kulħadd jiggosta l-istess ikel. Eżempju l-hawn min jiġġennen għall-ikel jaħraq, u hawn min ma jistax għal dik il-ħaġa li biex tgawdi ikla tispiċċa iġġennen ħalqek ( u l-istonku). U minkejja li hawn ħafna li jgħidu li jogħġobhom l-ikel jaħraq, il-maġġoranza kbira għandhom limitu tal-ħruq li jissaportu. U probbabli ma jirnexxielhomx jieklu xi wieħed minn dawn il-ħames platti, għax huma magħrufa fost l-iktar li jaħarqu
Kimchi Jjigae
Din l-ikla Koreana hija magħrufa bħala waħda mill-aktar ikliet li jaħarqu fid-dinja. M’humiex l-ingredjenti infushom illi jkattru l-ħruq ta’ din l-ikla, imma l-mod ta’ kif tissajjar. Bħala ingredjenti nsibu l-basal aħdar, tewm, faqqiegħ, u tofu, li flimkien ma’ ammont mhux ħażin ta’ bżar aħmar jiffurmaw din likla. Madankollu hu l-mod ta’ kif dawn l-ingredjenti jissajjru bil-mod ħafna sakemm jilħqu l-ogħla livell ta’ ħruq. U biex tgħaxxaqha, din l-ikla tisserva waqt li tkun taħraq tagħli
Suicide Chicken Wings
L-isem ta’ din l-ikla Amerikana ukoll mhux sabiħ, u kważi jqabbdek il-bard. Imma jekk idduqhom, tħoss sħana kbira, hekk kif dan it-tiġieġ hu magħruf li mhux għal palat ta’ kulħadd. Dawn it-tiġieġ huma mmarinati f’sauce ta’ chilli, bżar aħmar imqatta’, bżar u frak tal-bżar aħmar. Taħlita ta’ bżar Messikan, Korean u Ċiniż li jiggarantulek li jġibulek wiċċek aħmar
Papa a la Huancaina
Din l-ikla peruvjana mhux wisq aħjar minn ta’ qabilha. Insalata sempliċi magħmula miż-żebbuġ u bajd mgħolli. Imma magħhom trid iżżid ammont tajjeb ta’ Amarillo chilli, fost oħrajn. Ikla maħbuba min-nies tal-lokal, imma jekk se tipruvaha, kun ċert li għandek xi ħaġa biex ittaffi l-ħruq fil-viċin
Phaal Curry
Kulħadd jaf li l-ikel Indjan jaf ikun jaħraq, imma l-Phaal Curry hu xi ħaġa speċjali, tant li hu aktar jaħraq mill-vindaloo. Tant dan il-curry jaħraq, li l-kokijiet li jippreparawh jużaw il-maskli tal-gass. Imma jekk trid tagħmel ta’ rasek u tippruvah, tajjeb li tkun taf li trid tiffirma karta biex terfa’ r-responsabilta’ ta’ li jista’ jiġri wara. Dan il-curry jisserva mat-tiġieġ u huwa magħmul minn għaxar tipi differenti ta’ ħwawar fost l-aktar li jaħarq