Jibqa’ jfittex il-ġisem ta’ martu li għebet mat-tsunami

 Jibqa’ jfittex il-ġisem ta’ martu li għebet mat-tsunami

Bosta minna niftakru t-terremot u t-tsunami li laqtu lill-Ġappun f’Marzu tal-2011. Katakliżma bħal din ħalliet mal-450 elf persuna bla dar, 18-il persuna mejta u 2,500 persuna nieqsa ladarba l-ġisem tagħhom qatt ma nstab.

Dak tal-2011 kien ir-raba’ l-akbar terremot li qatt għamel u l-ikbar wieħed li qatt laqat lill-Ġappun. L-istess terremot kien ukoll kawża tad-diżastru nukleari ta’ Fukushima. Dan kollu ġie rreġistrat u nistgħu narawh illum permezz ta’ Youtube.

Yasuo Takamatsu tilef lil martu Yuko proprju f’dak l-avveniment terribbli. Yuko kienet il-bank fejn taħdem u bagħtitlu messaġġ fejn staqsietu jekk hux kollox sew, u dan kien l-aħħar darba li żewġha sema’ mingħandha. Yasuo kien l-isptar jara lill-kunjata f’dak il-jum u minħabba d-diżastru ma setax imur ifittex lil martu minnufih.

Wara d-diżastru l-ewwel ma għamel Yasuo kien li jfittex il-ġisem ta’ martu fuq l-art, u dan wassal sabiex jinstab il-mowbajl tagħha li kien fil-parking tal-bank fejn kienet taħdem xhur wara li laqat it-tsunami. Fih kien hemm messaġġ li qatt ma ntbagħat: “It-tsunami hu diżastruż”, miktub fit-3.25 pm.

Wara li fittex lil ġisem ta’ martu għal sentejn u nofs sħaħ fuq l-art Yasuo beda t-tiftix tiftix tiegħu fil-baħar. Għalhekk fl-2013 beda jieħu lezzjonijiet ta’ kif jogħdos sabiex ikun jista’ jesplora l-baħar. Minn dak iż-żmien Yasuo niżel f’qiegħ il-baħar kull ġimgħa – mela iktar minn 600 darba – biex jara jsibx ħjiel tal-ġisem ta’ martu.

Kliemu fil-film qasir “The Diver” hu dan: “Irrid insib lil marti, imma nħoss ukoll li m’jien se nsibha qatt ladarba l-oċean huwa vast wisq. Imma rrid nibqa’ nfittex.” Yasuo ma jinżilx jogħdos waħdu imma flimkien mal-għalliem tiegħu li jinżel b’mod volontarju ma’ persuni li qed ifittxu l-vittmi li għebu minħabba t-tsunami.

Yasuo kien iltaqa’ ma’ martu fl-1988 meta kien jaħdem bħala suldat fl-armata Ġappuniża. Minkejja li għaddew 23 sena mit-traġedja tat-tsunami bosta għadhom ifittxu l-ġisem tal-maħbubin tagħhom. X’inhija din il-forza li ġġagħalhom ikomplu fit-tfittxija tagħhom bla ma jaqtgħu qalbhom?

Inti x’taħseb?

(Sors: ladbible.com)

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com