Kif Tgħin Lit-Tfal tiegħek jippreparaw għas-Sena Skolastika Ġdida

 Kif Tgħin Lit-Tfal tiegħek jippreparaw għas-Sena Skolastika Ġdida

Gwida Għall-Ommijiet u l-Missirijiet kif nippreparaw lil uliedna għar-rutina!

L-istagun tas-sajf huwa żmien biex inkunu barra, nesploraw, nilagħbu, u niddevertu, dan jfisser li r-ritorn għall-iskola jista’ jkun kemxejn diffiċli. Hija bidla kbira għall-istudenti, kemm fiżikament, mentalment kif ukoll emozzjonalment. Hawn huma xi suġġerimenti biex jgħinu lil uliedek biċ-ċaqliq mill-vaganzi tas-sajf għal sena skolastika ġdida u pjaċevoli.

Iddeverti kemm tista fis-Sajf!
Is-sajf għandu jkun imqatta barra, bil-logħob u avventuri. Sib ġonna, ibħra, mixi frekwenti, jew logħob biex tilgħabu mal-familjari jew ħbieb. Dawn huma modijiet semplici biex toħloq memorji li ma jintnesew qatt bejn il-familja kollha, speċjalment it-tfal tagħkom.

Il-ħin tal-irqad
Meta tkun eqreb għall-ewwel jum tal-iskola, ipprova raqqad lit-tfal tiegħek 10 jew 15 minuta kmieni sabiex jorqdu bizzejjed u jidħlu fir-rutina sal-bidu tal-iskola. Dan mhux biss ser ikun ta benefiċċju għat-tfal sabiex ikunu aktar iffukati u entużjasti biex jitgħallmu, iżda anke għal genituri/familjari li iqajmuhom permess ta inqas stress u genn filgħodu!

Aqra kuljum
Irrakkonta storja lit-tfal tieghek jew skont l-età, ħalli lit-tfal tiegħek jaqraw jew ikollhom konversazzjoni mieghek dwar fuq annimal, sħabhom, ħsibijiet u opinjonijiet jew anki l-ikoni favoriti tiegħhom. Ħalli lit-tfal tiegħek jaqsmu dak li iridu biex jiżviluppaw il-ħiliet ta’ fehim taghhom. Żur il-librerija pubblika bħala parti mill-rutina ta’ kull ġimgħa tas-sajf tiegħek. Agħmel il-qari pjaċevoli għax huwa parti kbira mill-hajja akkademika taghhom.

Il-Matematika hija mportanti ukoll!
Iżviluppa l-ħiliet tal-matematika waqt li tippjana l-ikel fid-dar, ghodd l-passi lejn il-kaxxa tal-ittri tiegħek, jew ilab xi loghob matematiku mat-tfal. Tista’ wkoll tipprattika regoli sempliċi tal-matematika bl-użu ta’ apps, siti tal-logħob onlajn jew worksheets. L-iżvilupp tal-ħiliet bażiċi tal-matematika u r-rikonoxximent tal-numri joħloq bażi solidu għal suċċess fil-klassi.

Rutina ta’ l-ikel
Is-sajf spiss ifisser ikel tard bil-lejl, bbq’s u gelati. Matul is-sena skolastika, snacks għandhom ikunu nutrittivi u ħfief biex jippromwovu l-istudju. Ibda dahhal f’ikel ġdid biex tipprova u iddahhalom fir-rutina ghal-bidla. Ftakar, it-tfal normalment jippruvaw l-ikel ġdid bosta drabi qabel ma jibdew jħobbuh!

Żur l-iskola
Meta tmur xi qadi mat-tfal, tista issuq madwar l-iskola jew fil vicinanzi, anki ippjana appuntament biex żżur jekk tista’. Inqas sorpriżi fil-jum ta’ l-ewwel jum, aħjar! Dawn huma modi pożittivi biex tgħin lit-tfal tiegħek ikunu aktar familjari maż-żona tal-iskola.

Iċċekkja l-iskedi
L-ahhar tas-sajf jista’ jġib miegħu ritorn għal skedi impenjati—prattiki tal-mużika, sports, żfin, iskola, u aktar. Oħloq pjan mat-tfal tiegħek biex tistabbilixxi r-rutina u l-iskeda tal-istudju, attivitajiet ta wara l-iskola, u l-ħin ta’ divertiment.

Tkellem Pożittiv Dwar l-Iskola
Sena ġdida, ġdid għall-għalliem, u ġodda għall-istudenti kollha, dawn jistgħu jqanqlu ħafna mistoqsijiet mill-tfal. Bħala adulti, nistgħu wkoll ikollna ansjetà dwar l-iskola. Il-konversazzjonijiet ma ommijiet u missirijiet ohra, l-inkwiet fuq il-mejda tal-ikel, u l-konversazzjonijiet fil-ġnien spiss jistaw jaffettwaw lit-tfal. 

Ipprepara lit-tfal tiegħek għal suċċess biex jaghmlu ħbieb ġodda, ikollhom esperjenzi u avventuri edukattivi u ħeġġiġhom jippreparaw għall-iskola bi ħsibijiet ferrihija u pożittivita!

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com