Kont taf li hemm logħba moħbija fuq Instagram? 

 Kont taf li hemm logħba moħbija fuq Instagram? 

Kont taf li fl-app ta’ Instagram hemm logħba moħbija? Aħna ma konniex nafu sakemm darba lqattna emoji f’messaġġ partikolari u spiċċajna dħalna f’logħba mingħajr ma nafu! Jekk qatt ma ltqajtu magħha, hawn taħt se ngħidulkom eżatt x’għandkom tagħmlu bix issibuha.

  1. Mur fil-messaġġi tiegħek ta’ Instagram.
  2. Ibgħat emoji lil xi ħadd jew itlob lil xi ħadd jibgħatlek emoji (importanti li jkun messaġġ b’emoji waħda biss).
  3. Imbagħad agħfas fuq l-emoji u hemm tinfetaħlek il-logħba sigrieta.

Il-logħba hija verżjoni ta’ utent wieħed ta’ Pong. Biex tilgħabha trid tmexxi l-kaxxa s-sewda fil-parti t’isfel tal-iskrin sabiex iżżomm dejjem l-emoji għaddej idur fuq l-iskrin. Il-logħba tispiċċa meta ma jirnexxielekx twaqqad l-emoji milli jolqot il-parti t’isfel tal-iskrin!

Caption: Qatt iltqajtu ma’ din il-logħba?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com