L-Agenda tiegħek diġitali jew tal-karti?
Fil-ħajja tal-lum kulħadd mimli impenji. Għaldaqstant wieħed faċilment jinsa x’appuntamenti jkollu jekk ma jniżżilx l-attivitajiet li jkollu matul il-ġranet tiegħu. Huma ħafna dawk li jżommu xi tip ta’ agenda sabiex ikollhom l-affarijiet organizzati u ma jinsewx dak li għandhom jagħmlu. Madanakollu, hemm min jippreferi jżomm kollox fuq sors diġitali u oħrajn li huma iktar tradizzjonali u jippreferu jiktbu fuq id-djarju tagħhom. Kulħadd jadatta skont il-preferenzi tiegħu pero’ illum ser naraw uħud mill-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-agenda diġitali u dawk magħmula mill-karti.
Il-vantaġġi ta’ agenda miktuba–
- Għal xi wħud hija iktar faċli li jkun jista’ jikteb dak li jiġih f’moħħu fuq l-agenda tiegħu.
- M’hemmx distrazzjonijet waqt li tintefa’ torganizza l-ġranet u l-ħsibijiet tiegħek
- M’hemmx bżonn l-internet biex tikkonsulta jew temenda l-agenda.
- Agenda forma ta’ djarju kapaċi jkun rigal sabiħ għall-għeżież tiegħek.
L-iżvantaġġi ta’ agenda miktuba–
- Hemm limitu ta’ kemm tista’ tikteb u żżomm informazzjoni
- Riskju li l-agenda tintilef
- Hija iktar iebsa li tikkanċella jew timmodifika xi appuntamenti
Il-benefiċċji ta’ agenda diġitali –
- M’hemmx limitu ta’ kemm tista’ terfa’ u żżid informazzjoni
- Emendi fuq l-informazzjoni li għandek jistgħu jsiru mingħajr xkiel
- Tista’ tissinkronizza l-informazzjoni tiegħek ma’ apps oħra diġitali
- Għandek iċ-ċans li jkollok reminders għall-appuntamenti li jkollok
L-iżvantaġġi ta’ agenda diġitali –
- Meta ma jkollokx charge jew fuq il-mowbajl jew xi powerbank fuqek, ma tkunx tista’ taċċessa l-agenda diġitali.
- Faċilment tiġi aljenat fuq affarijiet oħra waqt li tkun qed tniżżel l-impenji tiegħek virtwalment
- Hemm ċans li titlef id-‘data’ tiegħek jekk ma żżommx back-up tajjeb.
U intom kif tippreferu żżommu rendikont tal-attivitajiet u l-appuntamenti tagħkom?