L-effetti tal-ingravata fuq saħħtek
Kuntrarjament għan-nisa, li għandhom għażla kbira ta’ x’jistgħu jilbsu, l-irġiel huma aktar limitati x’jistgħu jilbsu waqt okkażżjonijiet li jitolbu lbies formali. Qalziet, qmis, u ġlekk huma meħtieġa li jintlibsu biex tmur xi tieġ jew għal xi intervista għax-xogħol. U bilħaqq, ma’ dawn l-affarijiet huwa importanti li tilbes ukoll l-ingravata
U mhux biss l-ingravata ittik xeħta pulita, imma il-kulur tal-ingravata jagħti ukoll messaġġ. Mhux ta’ b’xejn il-politiċi joqogħdu ħafna attenti dwar il-kulur ta’ ingravata illi jilbsu, għax biha ikunu qed iwasslu ukoll messaġġ lill-votanti prospettivi tagħhom. Eżempju il-kulur blu iwassal messaġġ ta’ tama, stabbilita’u kunfidenza, u għalhekk narawh ħafna milbus mill-politiċi jew persuni li jkunu se jitkellmu fil-pubbliku. Minn naħa l-oħra l-kulur aħdar jindika li int saqajk mal-art
Imma irrispettivamnet mill-kulur, studji urew ili l-ilbies tal-ingravata, speċjalment meta nissikkawha, taf tħalli effett fuq saħħitna. Fi studju li sar , instab illi meta l-ingravata tkun issikkat iżżejjed, taf iżżid ir-riskju ta’ pressjini fuq l-għajn, ‘possibilita ikbar ta’ glaucoma.
Aktar minn hekk, fi studju ppubblikat fil-ġurnal xjentifiku Neuroradiology, instab illi l-ingravata taf tnaqqas l-ammont ta’ demm li jgħaddi għal moħħ b’konsegwenza li jaqbdek dardir, sturdament u uġigħ ta’ ras. Madanollu, jidher li skont dan l-istdju l-ammont ta’ demm illi jonqos li jgħaddi minħabba l-ingravata huwa ta’ 7.5 fil-mija, li mhux problema għal persuna b’saħħitha. Imma dawn is-7.5 fil-mija jaf ikollhom effett fuq min diġa għandu problemi biċ-ċirkulazzjoni
Dawn l-istudju tajjeb inżommuhom f’moħħna sabiex l-ewwel darba li minħabba s-sħana ma jkollniex aptit nilbsu/ jew nissikkaw l-ingravata, nikkwotaw dawn l-istudji u ngħidu li saħħitna tiġi qabel id-dehera formali