L-għira bejn koppja
L-għira bejn koppja hija normali jew xi ħaġa perikoluża? Xi ħaġa li ssaħħaħ relazzjoni jew li tkisser? U fuq kollox l-għira hija forma ta’ mħabba jew ta’ kontroll?
Ftit żgħira għira hija normali, anki fl-aqwa relazjoni. Dik il-ħarira għira hi normali jekk il-partner ikun qed jagħti aktar importanza lil xi ħadd ieħor milli lilek, jew jekk waqt kull diskussjoni tispiċċa ssemmi b’mod pożitiv lil ex tagħha. Imma meta l-għira tkun eseġerata, hawn jibdew jixgħelu l-bozoz ħomor. Irridu nagħmlu differenza bejn għira żgħira normali jew għira eseġerata li tista’ twassal għal abbuż
L-għira hija perikoluża meta xi ħadd mill-koppja jibda jikkontrolla dak li jagħmel il-partner tiegħu. Fost l-affarijiet illi jagħmlu l-persuni maħkuma bl-għira insibu:
– iwaqqfu lil partner tagħhom milli jqattgħu anki ftit ħin ma’ ħbieb tagħhom
– iwaqqfu lil partner tagħhom milli jipprattikaw xi delizzju
– ifittxu qalb l-affarijiet (fosthom qalb il-ħwejjeġ jew fil-karozza tal-partner) għal xi ħaġa li tista’ ssaħħilhom xi ħsieb
– Iqallbu fil-mowbajl jew fl-emails b’ intenzjoni speċifika li jsibu xi messaġġ
– Jibagħtu lil xi ħadd sabiex jispija fuq il-partner tagħhom
– Iżommu rendikont ta’ kull ċenteżmu minfuq mill-partner
– Jistaqsu ħafna mistoqsijiet dwar relazzjonijiet passati
– Jheddu lill-partner jew isiru vjolenti
Nistgħu ngħidu illi din it-ti ta’ għira la hija imħabba lanqas issaħħaħ relazzjoni. Relazzjoni hija mibnija fuq fiduċja u la darba tintilef il-fiduċja, ikunu therrew is-sisien ta’ relazzjoni. B’dan il-livell ta’ għira, la se jkun kuntent il-partner u lanqas se tkun kuntenta int stess
Jekk tħossok li qed tgħir għal partner jew li qed jgħir għalik b’mod eseġerat, ftakar li dik hija forma ta’ kontroll aktar milli ta’ imħabba. Jekk hemm bżonn fittex l-għajnuna, qabel ikun tard wisq