L-olimpjadi mhux magħrufa għall-attivita sportiva biss
L-olimpjadi huma magħrufa l-aktar minħabba l-avvenimenti sportivi diversi illi jittellgħu. Imma minn wara l-kwinti, jingħad illi fil-villaġġ olimpiku fejn joqogħdu l-atleti, ma jkunx hemm biss ċelebrazzjoni tar-rebħiet sportivi. Jingħad illi f’dan il-villaġġ ikun hemm ukoll ħafna attivita sesswali
Minħabba l-ammont kbir ta’ sigħat ta’ taħriġ illi jagħmlu, dawn l-atleti normalment ikollhom figura perfetta, figura illi tolqot l-għajn. Sbuħija imħallta mal-ferħ tar-rebħ, kif ukoll mal-bżonn ta’ xi attivita li tnaqqas l-istress miġmugħ huma ingredjenti perfetti biex tiżdied l-attivita sesswali bejn dawn l-istess atleti
Skont rapporti illi saru, l-organizzaturi ħasbu sabiex inaqqsu l-attivita sesswali fost l-atleti, billi fost oħrajn ħejjew sodod magħmlula mill-kartun, biex ma jkunux jifilħu ċertu strapazz u attivita. U din il-miżura weħedha mhux biżżejjed. Konxji li attivita sesswali ma ssirx biss fuq is-sodod, l-organizzaturi ħasbu ukoll sabiex iqassmu ammont ta’ kontraċettvi
Atleti intervistati fil-passat qalu illi biex tibda konversazzjoni f’dan il-villaġġ hija xi ħaġa faċli, għax fost dawk ir-” residenti” kollha hemm suġġett komuni: l-isports. Xi atleti ma jipparteċipawx f’din l-attivita qabel l-għan prinċipali tal-mawra tagħhom fl-olimpjadi (il-kompetizzjoni) tkun għaddiet. Oħrajn, jagħmluha parti mir-rutina, u bejn kompetizzjoni u oħra, idaħħlu ftit attivita differenti
Xi amministraturi u kowċis jippruvaw iżommu l-kontroll tal-atleti responsabbli minnhom, fosthom billi jagħmlu curfew sa x’ħin iridu jidħlu lura, ma jistgħux jixorbu alkoħol jew li ma jidħlux fi kmamar riservati għas-sess oppost. Imma mhux dejjem il-kontroll jirnexxi
Tgħid dawn l-għidut dwar xi jsir minn wara l-kwinti huma vera? Jew sempliċi qlajjiet?
Jingħad li fil-villaġġ olimpiku isiru attivitajiet oħra