L-użu ta’ tipi differenti ta’ basal
L-użu tal-basal huwa wieħed vast, fejn issibu f’ħafna riċetti differenti. Minn sopop sa zlazi u insalati. Ħafna drabi, fil-kċina tad-dar, meta nkunu rridu ninkludu basla fl-ikel, nużaw basla milli jkollna. Madnkollu, hawn diversi tipi ta’ basal differenti, u uħud minnhom, isevru aħjar għal ma’ xi ikel milli għal oħrajn
- Il-basal l-isfar
Il-basal l-isfar huwa basal komuni ħafna, u jekk ir-riċetta ma tispeċifikalekx liema basal għandek tuża, uża lilu, għax il-basal l-isfar għandu l-vantaġġ li jista’ jintuża f’diversi riċetti. Veru huwa tajjeb għal kollox, imma huwa tajjeb ħafna għas-sopop jew biex tużah bħala caramelized onion għal fuq xi burger tajba
- Il-basal ħelu
Dan il-basal huwa ftit akbar u aktar ċatt mill-basal l-isfar. Dan il-basal fih zokkor, li jagħmlu b’togħma tajba ħafna biex tagħmlu caramelized. U jekk trid tagħmel l-onion rings, dan huwa il-basal ideali li għandek tuża
- Il-Basal l-abjad
Dan il-basal għandu l-qoxra bajda u rqiqa. Bħala togħma hija anqas qawwja, u aktar ħelwa mill-basal l-isfar. Il-basal l-abjad huwa tajjeb ħafna sabiex isservih nej
- Il-basal l-aħmar
Dan il-basal huwa ħelu u mhux qawwi ħafna, basal li ukoll jista’ jittiekel nej. Kemm il-qoxra, kif ukoll il-basla nnifisha jkollhom kulur ħamrani. Tajbin ħafna għal ma’ xi insalata, fejn apparti t-togħma, il-kulur isebbaħlek il-platt
- Shallots
Dan it-tip ta’ basal żgħir huwa tajjeb ħafna għal mal-insalati. Il-qies żgħir tiegħu itih il-vantaġġ illi jista’ jiġi mqatta’ b’mod aktar fin. Sfortunatament għal min ikabbar dan il-basal, dan it-tip mhux xi wieħed illi ssbu spiss fir-riċetti Amerikani. Għalina l-Maltin, dan il-basal ċkejken huwa ideali sabiex nagħmlu l-basal tal-pikles
- Basal aħdar
Il-basal aħdar huwa meqjus bħala basal li għadu ma wasalx sal-fażi finali tiegħu, u għadu ma ffurmax il-basla sħiħa. Basal twil ħadrani, tajjeb ħafna għal mas-sopop, frejjeġ jew Tacos
Dawn huma biss ftit mill-basal li jeżistu. Bħal ma nafu il-basal huwa ta’ mportanza kbira sabiex intejjbu l-palat tal-ikel.