Liġijiet strambi minn pajjiżi differenti

 Liġijiet strambi minn pajjiżi differenti

Meta l-Onorevoli membri parlamentari tagħna jgħaddu l-liġijiet, kultant naraw li t-tali liġi tkun banali, mhux se tkun effettiva u ma nifhmux l-għan wara l-introduzzjoni tagħha. Biss ara ma naħsbux illi l-membri parlamentari tagħna biss jgħaddu liġijiet li f’għajnejna ma jkunux jagħmlu sens. F’dan l-artiklu nistgħu naraw xi ftit liġijiet illi meta taqrahom, tispiċċa tistaqsi lilek innifsek jekk għaddewx bis-serjeta

Trid titbissem– Liġi antika li teżisti f’ Milan, u ovvjament mhiex infurzata. Din il-liġi tesiġi illi n-nies iridu jitbissmu. Bħal f’kull liġi oħra, hemm l-eċċezzjonijiet, fosthom għal dawk li jkunu qed jattendu funeral jew ikunu qrib xi sodda ta’ maribond. Il-ħaddiema tal-isptar ukoll huma eżentati . Min jaf x’kien l-għan tal-leġiżlatur. Probbabli ried li f’ Milan kulħadd ikun ferħan. Toqgħod tqis, mhux idea daqshekk ħażina

Minkejja li ħafna jħobbu jomgħoduh, it-tmeċliq taċ-chewing gum hi xi ħaġa li ddejjaq ħafna nies. Iktar u iktar meta imbagħad dan jintrema fl-art. U Singapore mhux xi pajjiż li jħobb dan l-imbierek chewing gum. Ħa nkunu ċari, mhux illegali li turist jomgħod chewing gum, imma mhux se tkun faċli li jixtrih. Dan għaliex fl-1995 kienet għaddiet liġi li tipprojbixxi l-bejgħ taċ-chewing gum. L-għan wara din il-liġi kienet illi il-belt tinżamm nadifa, u jiġu ffrankati l-flus meħtieġa sabiex jitnaddaf iċ-chewing gum

Is-siġar kulħadd jaf x’importanza għandhom. Il-belt ta’ Oshwaw, fil-Kanada, mhux biss tipprojbixxi it-tqaċċit tas-siġar, imma huwa llegali li tiddendel jew saħansitra twaħħal xi ħaġa ma’ siġra. Iktar minn hekk, ħadd ma jista’ jħawwel siġar f’akwati pubbliċi mingħajr permess bil-miktub mill-awtoritajiet

L-indafa kulħadd iħobbha, imma l-kapitali tal-Emirati Għarab Magħquda, Abudhabi marret pass żejjed. Dawn l-awtoritajiet ma jridu xejn li jħammeġ id-dehra tal-kapitali, għalhekk ix-xufiera huma obbligati bil-liġi li jżommu l-karozzi ndaf. Madankollu huwa llegali ukoll li taħsel il-karozza fit-triq

Ma’ dawn wieħed isib diversi liġijiet strambi oħra. Forsi narawhom strambi għax ma nkunux nafu eżatt l-għan tagħhom, jew għax ma jkunux applikati f’pajjiżna

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com