Mara Amerikana għandha mitt allerġija differenti
Għandek xi allerġija għal xi ikel? Kultant tgerger għax tibda taħseb li int limitata x’tista’ tiekol. Imma xi tkun ir-reazzjoni tiegħek kieku jkollok aktar minn waħda? Din il-mara Amerikana għandha mhux waħda jew tnejn, imma mitt allerġija differenti għall-ikel, u tista’ tiekol biss tlettax -il tip ta’ ikel
Minn meta kienet żgħira, Jenna Gestetner , li llum għandha wieħed u għoxrin sena, kienet tbati bl-allerġiji, u kienet tesperjenza sintomi bħal nefħa, pressjoni baxxa, tbati biex tieħu n-nifs, kif ukoll dijarea. Kienu jgħidulha spiss li hi sensittiva. Kienu jgħidulha li kellha ġilda u stonku sensittivi wisq. Imbagħad bdiet tirealizza illi dawn is-sintomi kienu jkunu agħar meta tiekol xi tip partikolari tal-ikel. Aktar ma tiekol minn xi ikel partikolari, aktar jiggravaw is-sintomi
Fost l-uniċi ikel illi tista’ tiekol mingħajr ma jtiha problemi b’saħħitha huma: l-ħut abjad, dundjan, fażola ħadra, qarabagħli, ħjar, lanġas, żejt taż-żebbuġa, żrieragħ tal-water lily u tal-chia
Dawn l-allerġiji kollha ma jaffetwawx lil Gestetner fl-għażla ta’ x’se tiekol biss, imma jaffetwawlha ukoll il-ħajja soċjali tagħha, Huwa diffiċli għaliha illi tmur f’restorant sabiex tgawdi xi lejla mal-ħbieb. Mhux biss għax l-għażla hi limitata imma ukoll minħabba l-biża’ ta’ cross contamination.
Fost it-tipi ta’ ikel illi żgur ma tistax Gestetner ma tistax ikollha kuntatt magħhom hemm ir-ross, ħobż, għaġin, ħass, tuffieħ, laħam aħmar u tiġieġ
Din il-mara tista’ tiekol biss tlettax-il tip ta’ ikel.