Metodi ippruvati (strambi) biex jerġa’ jitla’ x-xagħar

 Metodi ippruvati (strambi) biex jerġa’ jitla’ x-xagħar

Għal ħafna nies, ix-xagħar għandu importanza kbira, tant illi meta jibdew jitfarstu jaraw kif jagħmlu u jippruvaw ireġġgħu lura dan it-telf ta’ xagħar. Illum hawn ħafna prodotti effettivi, kif ukoll isiru operazzjoniiet sabiex bniedem jerġa’ jkollu ras xagħar iffullata bħal ma kienet xi darba

Uħud, anki fl-imgħoddi kienu jaraw kif jagħmlu biex itellgħu xagħarhom, jew ta’ lanqas meta jidhirx in-nuqqas. Kien hemm min jilbes parrokka jew jissellef ix-xagħar minn naħa għal oħra. Imma oħrajn ippruvaw metodi differenti, uħud minnhom strambi jew tat-tqalliegħ sabiex jippruvaw jirkupraw ix-xagħar mitluf

L-Eġizzjani tal-Qedem ukoll ippruvaw isibu metodu kif itellgħu ix-xagħar. Dan għaliex, għalihom, ix-xagħar kien jindika l-istatus tal-persuna fis-soċjeta. Kitba li nstabet li kienet titratta is-suġġett tal-fratas kienet tirrakomanda li jintuża balzmu magħmul mnn xaħmijiet ta’ annimali bħal iljuni, kukkudrilli u qtates. Dan jurina kemm l-Eġizzjani (u l-bniedem inġenerali) jagħmel minn kollox għal xagħru

Hippocrates illi huwa meqjus bħala missieri il-mediċina moderna kien bniedem fartas huwa nnifsu. Bit-tama li joħloq mediċina effettiva huwa kien irrakomada li tintuża taħlita ta’ loppju, pitravi, ħwawar u … ħmieġ tal-ħamiem.

U jekk qed taħseb li l-ħmieġ tal-ħamiem hu l-uniku metodu tat-tqalliegħ li ntuża f’tama li jikber lura ix-xagħar, tajjeb li tkun taf li għandek żball. Intuża ukoll il-prodott tal-barri, prodott ġenerat wara attivita ma’ xi baqra. Skont it-teorija, il-prodott tal-barri hu mimli proteina li tgħin biex jikber ix-xagħar

U la semmejna l-barri, tajjeb li ngħidu illi l-awrina tal-baqra ukoll intużat ( u għadha tintuża) f’ċerti pajjiżi sabiex tfejjaq diversi kundizzjonijiet, fosthom il-problemi tax-xagħar. Skont dak li ntqal (u nkiteb), biex l-effett ikun akbar, l-aħjar tittieħed l-awrina minn baqra mhux minsusa, bl-aħjar pixxa tkun dik ta’ qabel titla’ x-xemx

U timmaġina li ddellek il-bżar aħmar ma’ rasek? Skont riċerka ppubblikata l-Korea kienu qalu li l-kimika capsaicin, li tinstab iċ-chilli hija tajba sabiex jikber ix-xagħar b’rata aktar mgħaġġla

Forsi jekk naraw dawn il-prodotti meħudin b’mod dirett, narawhom strambi. Imma ċertu prodotti li jinsabu f’ħafna mediċina huma meħuda minn sorsi ta’ annimali u ħxejjex. U forsi bla ma nafu ġieli użajna xi kimika meħuda minn dawn. Min jaf?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com