Mhux kull Papa kien raġel qaddis

 Mhux kull Papa kien raġel qaddis

Mingħajr ma nidħlu fi kwistjoni ta’ twemmin, tajjeb li nsemmu li mhux kull Papa li mexxa l-Knisja Kattolika Rumana kien raġel Qaddis li ħaqqu jmexxi organizzazzjoni bħal mhi Knisja li tirrapreżenta lil Kristu. Xejn differenti minn kull organizzazjoni oħra, imma fil-każ ta’ organizzajoni reliġjuża, qisu hu mistenni aktar illi l-mexxej / Kap ikun ta’ eżempju tajjeb

Fost il-Papiet li mexxew fl-imgħoddi imbiegħed, kien hemm uħud li mhux talli ma spikkatx il-qdusija tagħhom, talli ġabu ruħuhom veru ħażin, minn qattiela sa stupraturi

Il-Papa Benedittu IX kien wieħed mill-iżgħar persuni li laħqu Papa. Hu laħaq Papa, mhux darba, imma tlett darbiet. Zijuh ukoll kien Papa, u warajh, laħaq hu, grazzi għall-influwenza ta’ missieru. Imma minħabba dak li wettaq (qtil, , orġji u bestjalita) Benedittiu IX kien imkeċċi il-barra minn Ruma, imma grazzi għall-għajnuna ta’ sħabu, dan il-Papa reġa’ rritorna u ħa t-tmexxija f’idejh. Benedittu IX jibqa’ l-uniku Papa mniżżel fl-istorja bħala dak li biegħ il-kariga għal somma flus, għalkemm wara dan il-bejgħ reġa’ bdielu u reġa ħatar lilu nnifsu Papa

Il-Papa Stiefnu VI għadda ġuri lil Papa ta’ qablu. Il-problema li l-ġuri sar meta l-Papa Formosus ma setax iwieġeb għall-akkużi hekk kif kien diġa mejjet. Ovvjament instab ħati, u spiċċa mkaxkar mat-toroq ta’ Ruma

Il-Papa Gwanni XII ukoll laħaq Papa ta’ eta żgħira, u bħal żgħażagħ oħra xtaq jiddeverti. Xi stejjer jgħidu illi r-residenza tiegħu kienet qisha burdell, b’rapporti oħra jgħidu li miet b’puplesija waqt li kien qed jaqsam l-imħabba

Dawn huma ftit mill-Papiet li ma ġabux ruħhom sew. Ovvjament hemm ħafna Papiet li mhux biss mexxew bl-akbar onesta, imma kienu xempji ta’ Qdusija

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com