Nagħaġ, ġrieden, dinosawri u kannabis

 Nagħaġ, ġrieden, dinosawri u kannabis

Id-droga dejjem ħażina, u hija iktar ħaġa kerha meta xi ħadd jispiċċa jieħu d-droga mingaħjr ma jrid, bl-effetti kollha li dawn iġibu magħhom.

Dan l-aħħar, ġewwa l-Greċja kienet merħla ta’ nagħaġ illi spiċċat vittma tal-kannabis. Qrib Thessaly fil-Greċja, l-art minn fejn in-nagħaġ kienu jirgħu spiċċat meqruda wara li nirien, mewġiet ta’ sħana u għaragħar ħallew l-effetti tagħhom. Għal daqshekk, din il-merħla ta’ nagħaġ spiċċat daħlet biex tirgħa ġewwa serra illi tipproduċi l-kannabis mediċinali

Is-sid tal-kumpanija qal illi l-produzzjoni tal-kannabis kienet diġa kważi nqerdet għal kollox bl-effetti tat-temp estrem, bin-nagħaġ ikomplu jeqirdu il-kannabis li kien fadal. Madwar 100 kilogramma ta’ kannabis spiċċat ittieklet minn din il-merħla. Ir-ragħaj li jieħu ħsieb din il-merħla qal illi din il-merħla bdiet taġixxi b’mod stramb wara li marret tiekol “il-ħaxix”. Huwa żied illi bl-effett ta’ li kielu, spiċċaw jaqbżu aktar mill-mogħoż, xi ħaġa li qatt ma kienet

Din ma kinitx l-ewwel darba li xi annimali kielu l-ħaxixa. Ġewwa l-Indja, fl-2020, il-pulizija ma setgħetx tipprodui l-evidenza ta’ qabda ta’ madwar 200kg kannabis, hekk kif 195 kg minnha ma nstabitx, u kienu qalu li din ittieklet mill-ġrieden. Imma qatt ma qalu liema ġrieden kaxkru dan l-ammont kbir ta’ ħaxixa

Xi ħaġa simili ġrat fl-Arġentina meta 540 kg ta’ kannabis għosfru minn depot tal-pulizija. Kawża ta’ dawn il-ġrieden, tmien uffiċjali tal-pulizija kienu tkeċċew għax kienu qalu li l-ġrieden li jgħixu fid-depot kielu l-kannabis. Biss jista’ jkun li kellhom raġun, hekk kif ammont ta’ ġrieden instabu mejta f’dan id-depot

U jekk naħsbu li l-kannabis hi xi ħaġa moderna , tajjeb inkunu nafu li dawn d-dinosawri jista’ jkun ukoll kienu jieklu l-kannabis. U dan madwar 70 miljun sena ilu. Dan qaluh xi xjenzati illi qalu li fil-ħmieġ fossilizzat tad-dinosawri nstabu traċċi ta’ cannabinoids

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com