Prinċipji li għandek tirrispetta meta tkun mistieden għand xi ħadd

 Prinċipji li għandek tirrispetta meta tkun mistieden għand xi ħadd

Meta fin-nofs ikun hemm stedina, għandu jkun hemm attenzjoni mhux biss mingħand min qed jistieden imma anke mill-mistednin stess. Ser insemmu xi prinċipji li għandna nħarsu dejjem kemm-il darba nkunu sejrin għand xi ħadd.

Żomm f’moħħok –

  1. Il-puntwalità

Il-puntwalità hija importanti f’kull ċirkustanza. Ta’ min jgħid iżda, li biex timxi kif sippost meta tkun mistieden, bniedem għandu jasal ħames minuti iktar tard mill-ħin mifthiehem. Importanti wkoll, li mhux biss m’għandniex inkunu tard, imma lanqas kmieni ħafna mill-ħin stabbilit.

  1. Tmurx b’idek vojta

Qatt tmur b’idek vojta. Evita xi mazz fjuri għaliex jista’ jkun li sid id-dar ma jkollux fejn iqiegħdhom. Jekk trid tagħti fjuri, ibgħathom filgħodu jew inkella l-għada tal-istedina. Idealment, lanqas tieħu ħelu, sakemm ma tkumx ftiehemt ma’ dak li jkun. Dan għaliex tkun qisek qed tassumi li min qed jilqgħek ma ħasibx għad-deżerta. Tista’ tieħu xi oġġett li jintuża fid-dar jew inkella xi ħaġa għat-tfal jekk ser ikunu preżenti.

  1. Tippreżentax ruħek ma’ xi ħadd li ma jkunx mistieden

Xejn mhu ovvju. Kun ċert li meta tkun mistieden, il-persuna li qed tilqgħek turik jekk tistax tmur bit-tfal, jew mal-partner jew ma’ xi ħabib/a. Mhix sabiħa jkollok iżżid post li ma tkunx preparat għalih.

  1. Tużax il-mowbajl waqt li tkun fuq il-mejda

Mhux prudenti li jintuża l-mowbajl. Mhux biss m’għadux jintuża imma lanqas jitħalla fuq il-mejda fejn xi platt. Jekk dan isir tkun qisek qed tgħid min qabel li mhux ser ikun hemm xi tip ta’ konversazzjoni interessanti. Tistaqsix għall-password tal-WIFI u l-aħjar il-mowbajl ikun fuq silent.

  1. Taqbadx argumenti delikati

Evita li titkellem fuq suġġetti sensittivi jewli joħolqu kontroversji. Argumenti bħal reliġjon, sesswalità u politika għandek twarrabhom, aktar u aktar jekk lil min qed jistiednek ma tafux daqshekk tajjeb. Dejjem agħżel argumenti ‘newtrali’ ħalli ma tiżbaljax.

  1. Aċċetta dak li qed tiġi offrut

Sakemm ma jkollkomx xi allerġiji, evitaw li ma tiħdux l-ikel. Importanti li tavżaw minn qabel. Etikament, il-mistednin jieħdu minn dak li jiġi offrut mingħajr tgergir.

  1. Ringrazzjamenti

Bla dubju, għandna dejjem nirringrazzjaw qabel ma nitilqu mid-dar. Tkun ħaġa sabiħa li wara l-istedina tibgħat messaġġ jew tagħmel telfonata biex lil dak li jkun terġa’ tirringrazzjah.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com