Qalziet ta’ taħt għandu l-importanza tiegħu

 Qalziet ta’ taħt għandu l-importanza tiegħu

Brief, boxer, tanga jew xi forma oħra, nistgħu ngħidu li kulħadd jilbes qalziet ta’ taħt. L-għażla tiddependi minn- dak li aħna ( jew il-partner jippreferi) jew inkella mill-moda jew il-kumdita. Imma ftit tgħaddilhom minn moħħhom li ma jilbsux wieħed. Minkejja li ma kinitx minn dejjem, għal ħafna nies, li jilbsu qalziet ta’ taħt hija ħaġa loġika u hekk suppost. Imma apparti li għax hekk drajna, kont taf li qalziet ta’ taħt jintlibes għal diversi raġunijiet?

Qalziet ta’ taħt nadif iservi bħala protezzjoni kontra dawk il-batterja, fungi jew xi ħmieġ ieħor. U jekk m’intix imdorri tbiddel il-qalziet ta’ fuq kuljum, ta’ lanqas ikollok il-qalziet ta’ taħt illi jkun nadif. B’hekk tinħoloq barriera bejn ġismek u l-ħwejjeġ u tnaqqas ir-riskju ta’ xi infezzjoni jew irritazzjoni

Ċerti materjal tal-ħwejjeġ mhux ideali sabiex joqgħod iħakkek ma’ ċeri partijiet. B’hek il-qalziet ta’ taħt iservi bħala barriera u jevita illi l-ħwejjeġ ta’ fuq idejquk imissu miegħek

Kultant, toqgħod kemm toqgħod attent , u timsaħ kemm timsaħ, xi daqsxejn likwidu se jaħrablek. Il-qalziet ta’ taħt għandu rwol fundamentali f’dawn is-sitwazzjonijiet. Mhux biss jaf jevitalek milli l-qalziet jispiċċa b’xi dawra żgħira tidher ( dawra li l-għajnejn mill-ewwel jaqgħu fuqha), imma jevitawlek (jew inaqqsulek il-possibilita) li dawk li jkunu qribek jindunaw li kellek xi qtar

Apparti l-iġjene, qalziet ta’ taħt huwa importanti sabiex iżommlok il-privatezza u żżomm mistur dak li ma tridx jidher. Grazzi għal qalziet ta’ taħt, tista’ taħbi ċertu forom . U apparti hekk, timmaġinak tkun mara liebsa xi dublett u qed tipprova tinżel minn xi karozza u hemm in-nies quddiemek?

Kultant lanqas tiġi f’moħħna kemm oġġett żgħir għandu importanza

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com