Storja ta’ nkoraġġiment- Jitlef aktar minn 500kg

 Storja ta’ nkoraġġiment- Jitlef aktar minn 500kg

Qatt ippruvajtu titilfu l-piż u sibtuha diffiċli? Kultant nagħmlu ħafna sforz biex naraw il-miżien jiċċaqlaq ftit, u n-numri jidhru ftit anqas. Kultant tgħid s’hawn nista’ nasal, u tasal sabiex taqta’ xi ftit qalbek.

Imma mhux hekk għamel Khalid Bin Mohsen Sharri, hekk kif minn mindu beda jnaqqas il-piż, irnexxielu jonqos l-ammont inkreddibli ta’ aktar minn 500 kilo, hekk kif niżel minn 610 kilogrammi għal 63.5 kg. Mixja inkreddibli imma vera

Minħabba l-piż tiegħu, Sharri kien ilu tlett snin ma jiċċaqlaq minn soddtu, imma grazzi għar- Re Abdullah, irnexxielu jitlef dan il-piż bi programmi ta’ dieta, mingħajr ma ħallas xejn, hekk kif il-kura ġiet imħallsa kollha mir-Re Abdullah

Il-kundizzjoni medika ta’ Sharri kienet ġiet għall-attenzjoni tar-Re Abdullah, li minn naħa tiegħu organizza l-kura u t-taħriġ meħtieġ sabiex jintilef dak il-piż żejjed. Il-pjan tal-kura kien jinvolvi 30 persuna mill-qasam mediku. Sabiex jiġi meħud minn daru sal-isptar, kien hemm bżonn l-użu ta’ forklifter. Imma dan il-vjaġġ kien meħtieġ sabiex Sharri jkun jista’ jingħata l-kura meħtieġa b’mod professjonali

Sharri kellu jgħaddi mill-operazzjoni tal-gastric bypass, operazzjoni li ssir b’mod regolari minn Maltin, speċjalment ġewwa Turkija. Wara l-professjonisti ippreparawlu dieta li ried isegwi, kif ukoll ammont ta’ eżerċizzji fiżiċi. L-għajnuna tal-fiżjoterapista kienet ukoll impoprtanti sabiex mal-ewwel sitt xhur Sharri kien diġa tilef nofs il-piż. Huwa baqa’ jitlef il-piż bilmod, sakemm fl-2023, laħaq dan il-piż li jinsab fih illum. Ma nistgħux ma nsemmux illi Sharri kellu jgħaddi minn diversi operazzjonijiet oħra sabiex titneħħa il-ġilda żejda

L-istorja ta’ Sharri turina li bid-determinazzjoni u sapport, tista’ tasal fejn taħseb li mhux se jirnexxielek

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com