Tħobb il-fish and chips? Minn hawn se ssib riċetta tradizzjonali!
Il-famuż fish and chips huwa platt maħbub li baqa’ famuż mad-dinja kollha. Bl-oriġini tiegħu ġejja mir-Renju Unit, il-platt huwa magħruf bħala wieħed li jabbina l-ħut bil-panura li tqarmeċ taħt snienek ma’ ftit chips tal-patata. Platt li ħafna jirreferu għalih bħala “comfort food”, jiġifieri ikel li jġiegħelek tħossok tajjeb.
F’Malta għandna wkoll post speċifiku fejn tista’ tiekol wieħed mill-itjeb fish and chips li probabbilment se dduq f’ħajtek. Dan se ssibu għand ħadd aktar ħlief Borda’s Fish and Chips. Dan ir-restorant immexxi mill-familja Borda ilu jservi platti delizzjużi sa mill-1963.
Ir-restorant li nfetaħ għall-ewwel darba minn Ġużeppi Borda sar wieħed rinomat fil-gżejjer Maltin. Imma x’jagħmel dan ir-restorant daqshekk speċjali? Minkejja li bħalissa qed jitmexxa min-neputijiet ta’ Ġużeppi, dawn baqgħu jirrispettaw il-legat tal-familja u t-tradizzjonijiet tar-restorant, tant li sal-ġurnata tal-lum, propju 60 sena minn meta fetaħ il-bibien tiegħu l-ħanut, għadhom iservu l-platt tal-fish and chips bl-istess riċetta li kien juża n-Nannu Ġużeppi: dqiq, ilma u ingredjent sigriet li baqa’ fil-familja għal ġenerazzjonijiet.
Ġiek l-aptit għall-fish and chips inti u taqra l-artiklu? Mela issa taf eżattament fejn għandek tmur!