Tiddejjaq jekk ir-ragel iħares lejn nisa oħra?
Ħarsa innoċenti jew Kriżi Serja?
Ah, id-dilemma eterna: Għandek tagħti daqqa t’għajn lil xi ħadd attraenti meta tkun f’relazzjoni, jew aħjar iżżomm għajnejk il-bogħod? Huwa suġġett delikat, imma ejja ngħiduha kif inhi – is-sabiħ ma tistax tgħidlu ikraħ!
Ħafna jgħidu li daqqa t’għajn ma tweġġa’ lil ħadd. L-għajn ma tistax tinfetaħ u tagħlaq skont it-talbiet taghna biss! Meta jgħaddi xi ħadd attraenti, dak il-mument, quddiem l-partner is-sensi kollha tiegħek jibdew jaħdmu żejjed biex iżommu kollox taħt kontroll. Xi wħud jgħidu li l-għajn hija bħal kalamita!
Imma issa, ejja nħarsu lejn din is-sitwazzjoni minn perspettiva prattika. Immaġina din ix-xena: Int qed timxi id f’id mar-raġel jew martek, meta f’daqqa waħda tara lil xi ħadd li jidher qisu ħareġ minn rivista tal-moda. Issa, il-moħħ tiegħek qed jgħajjat: “Arah/a ġej!” Imma l-qalb tiegħek (u l-għajnejn tiegħek) jgħidu: “Ejja noqogħdu kwieti…”
Xi wħud isostnu li l-ġest huwa kompletament innoċenti, bħallikieku qiegħed/a tapprezza l-arti – għax, ejja, il-bniedem attraenti huwa arti wkoll! Oħrajn jgħidu li m’għandekx għalfejn tikkomplikaha. Min-naħa l-oħra, għandna lil dawk li huma aktar stretti dwar dan. Għalihom, il-ħarsa taqa’ taħt il-kategorija ta’ tradamient, u jekk martek jew ir-raġel tinduna/jinduna, taf li l-kwiet tal-lejl ikun itwal minn dak tal-ħarsa!
Mela x’nagħmlu? Tirriskja ħarsa malajr jew iżżomm għajnejk fejn għandhom ikunu? Forsi, it-triq tan-nofs hija l-aħjar għażla. Apprezza s-sbuħija ta madwarek, imma fl-istess ħin, kun konxju lil min għandek ħdejk. U jekk tħares, u l-mara tiġbed waħda “Min kienet dik?” għandek dejjem ir-risposta lesta: “Għażiża tiegħi, ma kont qed inħares lejn xejn – kont qed naħseb fuq kemm int sabiħa!”