Tiġrijiet bl-ostrich u tlielaq bil-birra fost sport stramb
Bħalissa, id-dilettanti tal-isport għandhom xalata ta’ sport illi jistgħu isegwu. Sport differenti, sport bħala tim jew sport individwali. L-isport huwa sabiħ għax jgħaqqad komunita u tagħmel ħafna ħbieb ġodda. Imma mhux kulħadd kapaċi li jikkompeti f’dan l-isport. B’daqshemm ma ġara xejn, hekk kif fid-dinja jeżistu ħafna tipi ta’ sport li ftit li xejn smjna bihom, imma xorta jiġu ippratttikati u għandhom ir-regoli u l-kompetizzjoni tagħhom
Xi tgħid kieku ngħidlek li hawn sport fejn ir-raġel irid itellaq u jgħaddi minn ostakli…waqt li jkun qed iġorr il-mara fuqu. Dan l-isport beda ftit aktar minn 30 sena ilu ġewwa l-Finlandja. U biex tkun taf hemm mod diversi dwar kif tinġarr il-mara. U bilħaqq, mhux bilfors illi dik li tkun qed iġġorr tkun il-mara tiegħek
Tlielaq tal-annimali bħż-żwiemel minn dejjem kienu popolari. Imma ġieli smajt bit-tlielaq tal-ostrich? B’rikkieb fuqhom, dawn it-tjur kapaċi jlaħħqu sa sebgħin kilometru fis-siegħa.
Qisu kultant sport jittieħed minn ieħor. Żgur li smajt bir-wrestling, u forsi anki bl-arm wrestling, imma qatt smajt bit-toe wrestling? Suba kbir ma’ ieħor (tas-sieq) u min iniżżel tal-ieħor l-ewwel. U le m’hemmx regoli fuq l-irwejjaħ. U la qed insemmu r-wrestling, jeżisti ukoll oil wrestling, fejn il-lottaturi iridu jiġġieldu waqt li jkunu miksijin minn rashom sa saqajhom biż-żejt taż-żebbuġa
U bħal ma kulħadd jaf, il-football, fejn tipprova tiskorja fix-xibka avversarja bis-sieq, hu l-aktar sport popolari. Imma timmaġinak tilgħab cycleball? Iva trid tiskorja bir-rota tar-rota, u titama li l-ballun ma jixħtekx għal isfel
U jekk m’għoġbok xejn minn dawn, x’taħseb kieku tipprattika l-Beer mile? Kompetizzjoni fejn waqt tiġrija fi track, l-atleti jridu jieqfu għal birra ta’ malajr wara kull lap.