Titħajjar tiekol il-‘Casu Marzu’
IL-ġobon huwa wieħed mill-ingredjenti illi jħobbu ħafna nies. Mhux biss jinkluduh f’ħafna mir-riċetti tal-ikel, imma anki jinkludu l-ġobon mad-deżerti. Ħafna pajjiżi, u saħansitra reġuni għandhom il-ġobon tradizzjonali tagħhom
Mhux kulħadd iħobb kull tip, imma ħafna nies jieħdu pjaċir jippruvaw ġobon differenti, u jikkumplimentawh b’xi ftit inbid tajjeb
Imma xi tgħid jekk quddiemek jippreżentawlek ġobon bid-dud? Casu Marzu. Dan il-ġobon li għandu l-oriġini tiegħu f’ Sardenja huwa ġobon magħmul mill-ħalib tan-nagħaġ. L-ewwel dehra teigħu ma tantx hi sabiħa, imma wieħed mill-aktar ġobon li jqabbad kurżita
Imma dan il-ġobon veru mnawwar bid-dud? Jekk ikollok tuża mikroskopju u tħares sew lejn ġobon tinduna li fil-verita hemm xi ħaġa ħajja. Imma fil-każ ta’ dan il-ġobon, il-“ ħaġa ħajja” tista’ tarahom b’għajnejk stess
Imma dan il-ġobon bid-dud perikoluż biex jittiekel? Dan il-ġobon huwa ipprjobit milli jinbiegħ f’ħafna pajjiżi Ewropew u fl-Istati Unit. Dan għaliex il-konsum ta’ dan il-ġobon huwa meqjus bħala perikoluż għas-saħħa Huwa magħruf illi meta dawn id-dud jittieklu, ma jiġux imkissra mill-aċtu li jinsab fl-istonku, b’konsegwenza li jista’ jagħmel ħsara lill-imsaren
Mingħajr ma ninkoraġġixxu il-konsum tiegħu, tajjeb li nsemmu illi dan il-ġobon, apparti f’Sardinja , tista’ ssibu ukoll f’Korsika
U jekk jinteressak kif isir, nistgħu intuk ħjiel żgħir tal-proċess:
• Bħal ma semmejna, dan il-ġobon isir bil-ħalib tan-nagħaġ. Il-ħalib irid ikun imsaħħan sa temperatura ta’ 35 grad Celcius
• Meta jiżdied ir-rennet, il-likwidu jibda jagħqad, normalment wara madwar 25 minuta
• Jitpoġġa fil-qwieleb u wara erbgħa u għoxrin siegħa jitpoġġa fis-salmura
• Peress illi t-taħlita tal-ħalib titħalla għall-arja, twassal biex jimtela bil-bajd tad-dud
Kemm huwa perikoluż?
Skont l-esperti, dan il-ġobon huwa perikoluż hekk kif mhux l-ewwel darba illi ġew irrapurtati sintomi bħal uġigħ fl-istonku, dardir, remettear u dijareja. Madankollu, f’dawn l-aħħar snin ma kienm hemm l-ebda rapport ta’ mwiet ikkaġunati minn konsum ta’ dan il-ġobon
Titħajjar tippruvah?