Tradizzjonijiet mit-tribu

 Tradizzjonijiet mit-tribu

Kull pajjiż għandu kultura tiegħu. Imma hemm affarijiet u ġesti illi ssibhom f’ħafna mill-kulturi, waqt li hemm oħrajn illi minkejja li jiġu pprattikati f’xi pajjiż jew żona, f’diveri nħawi tad-dinja, mhux biss ma jipprattikawhomx , talli huma meqjusa bħala xi ħaġa ħażina, moqżieża jew baxxa

Eżempju timmaġina li xi ħadd jobżoq f’idejh qabel jiġi joħodlok b’idejk? Probbabli jekk tarah, mhux biss ma teħodlux b’idejh, imma tgħid kemm hu pastaż u maħmuġ. Imma għan-nies li ġejjin mit-tribu tal-Massai, fil-Lvant tal-Afrika din hi prattika normali , prattika li ssir b’rispett u bħala sinjal ta’ barka lejn dak li jkun

F’kull pajjiż isiru kampanji qawwija kontra l-vjolenza domestika, tiġi minn fejn tiġi. Imma filwaqt li anqas it-tribu Fulani ma jħeġġeġ il-vjolenza domestika, madankollu, qabel jiżżewweġ, l-għarus ikollu jgħaddi minn test, test ta’ swat. Dan isir sabiex l-għarus jiġi ttestejat jekk hux ippreparat għaż-żwieġ. Veru li ż-żwieġ iebes, imma lanqas mhu hekk

U la semmejna ż-żwieġ, tajjeb li nsemmu li f’ċertu kulturi, wara l-mewt tar-raġel, mhux biss il-beni tiegħu imorru għand xi ħadd minn ħutu, imma anki l-istess mara tiegħu tintiret minn ħuh

Ovvjamnet f’dawn it-tribujiet, l-annimali jilagħbu parti importanti. Fit-tribu tal- Hamar, fl-Etijopja, issir ċerimonja ta’ qbiż minn fuq il-barrin. Subien u ġuvintur żgħar iridu joqogħdu bil-wieqfa fuq barri, u waqt li jkun qed jiġri, it-tifel jaqbeż minn fuqu, għal-art, jew għal fuq id-demel tal-barrin stess.

Forsi għalina huma drawwiet strambi u mistmerra. Imma għal dawn in-nies huma tradizzjoni, tradizzjonijiet li jfakkruhom minn fejn ġejjin

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com