X’għandek tevita jekk tmur is-Sawdi Arabja
Kultant meta nsiefru fuq vaganza, naħsbu li la darba aħna qegħdin fuq vaganza nistgħu nagħmu dak kollu li rridu ladarba dan itina gost. Imma mhux kull ħaġa li forsi imdorrijin nagħmlu f’pajjiżna hija aċċettabli li ssir f’pajjż ieħor. Għalhekk meta mmorru f’xi pajjiż ieħor, speċjalment jekk nafu li hemm kultura differenti minn tagħna, tajjeb li naraw xi affarijiet li għandna nevitaw, hekk kif dawn jistgħu ikunu jew mhux aċċettati jew saħansitra illegali
L-Arabja Sawdita huwa wieħed mill-pajjiżi li qabel immoru tajjeb li naraw x’mhux aċċettat. Inutli li ngergru. Dik kultura ta’ pajjiż. Tista’ ma togħġbokx, imma jekk se żżur il-pajjiż, irrispetta l-kultura u liġijiet tagħhom. Eżempju fl-Arabja Sawdita mhux aċċettabli li xi ħadd jixrob jew ikollu fil-pussess tiegħu l-alkoħol. Tajjeb li tkun taf li jekk tinqabad tixrob, ser tiġi ikkastigat b’ħabs, multi jew saħansitra swat. Minbarra li trid tevita li tixrob l-alkoħol fil-pajjiż, evita ukoll li tixrob l-alkoħol fuq l-ajruplan
Bħal ma ħafna jafu, il-majjal ma jittiekilx mill-Musulmani, u l-Arabja Sawdita huwa pajjiż fejn il-liġi Islamika tiġi osservata sew. Għalhekk kull ħaġa li ġejja mill-majjal, mhux aċċettabli li tittiekel waqt żjara f’dan il-pajjiż. Għalhekk jekk tkun qiegħed hemm, titħajjarx titlob xi breakfast biz-zalzett u bejken, għax mhux biss ma tinqediex, imma tkun qed tissogra
U jekk fuq il-mowbajl tiegħek għandek xi erba’ films minn tal-Kbar, aħjar tħassarhom qabel tirfes fl-art ta’ dan il-pajjiż.. Fis-Sawdi Arabja, anki il-websajts li juru dan il-materjal huma ipprojbiti
L-ilbies f’dan il-pajjiż irid ikun wieħed modest, u l-ebda ilbies bix-xorts mhu aċċettabli fuq tfal kbar jew adulti. U apparti l-ilbies, meta tkun hemm ftakar li l-imħabba ma tistax turiha fil-miftuħ, u bewsa żgħira fil-pubbliku taf iġġibek f’ħafna problemi, speċjalment b’xi multa tajba. L-istess problemi taf tiġi fihom jekk iddoqq mużika b’volum għoli, speċjalment waqt ħin it-talb, jiġifieri ħames darbiet kuljum
U bilħaqq, jekk biħsiebek li taħmel bħal kull meta issiefer u tintefa tieħu r-ritratti, oqgħod attent. Dan għax wieħed ma jistax jieħu ritratti ta’ bini pubbliku, bini tal-militar jew palazzi