Xi għadam u żerriegħa tal-frott jafu jħallu effett negattiv fuq saħħtek
Kulħadd jaf il-benefiċċji tal-frott, u ħafna esperti jirrakomandaw illi nieklu l-frott b’mod regolari. Il-frott jipprovdilna bosta benefiċċji tas-saħħa, fosthom diversi vitamini. Madankollu, minkejja li l-frott huwa bnin u sustanzjuż, l-għadma jew iż-żerriegħa ta’ ċertu frott taf tkun perikoluża, jew nistgħu ngħidu velenuża.
Biex ħadd ma jimla’ moħħu, tajjeb li ngħidu illi mhu se jiġrilek xejn jekk bi żball tibla’ xi żerriegħa jew xi għadma. Dan għaliex, biex l-effett ta’ din iż-żerriegħa/ għadma jaħdem irid ikun imkisser jew mitħun, jew inkella xi ħadd joqgħod jomgħod dawn l-għadam
Il-periklu ta’ dawn l-għadam (jew żerreigħa) ġej mill-fatt illi dawn ikun fihom is-sustanza Cyanide, kimika illi tagħmel ħsara lill-ġisem. Is-simtomi jiddependu minn kemm tkun blajt, imma fost is-sintomi wieħed isib tqalliegħ, remettar u dijareja. Madankollu jekk l-ammont ta’ cyanide li tkun ħadt ikun kbir, l-efett jaf ikun fatali. Madankollu huwa diffiċli ħafna illi xi ħadd jieħu dan l-ammont ta’ cyanide b’mod aċċidentali
Fost il-frott li rridu noqogħdu attenti mill-għadam tiegħu insibu ċ-ċirasa,lanġas, tuffieħ ħawħ u berquq
Minkejja li jekk bi żball nibilgħu xi żerriegħa mhu se jiġri xejn, tajjeb illi nkunu konxji li nneħħu ż-żerriegħa u l-għadam ta’ dan il-frott meta nagħmlu xi smoothie. Dan għaliex dan hu l-mument li ammont mhux ħażin ta’ frott jiġi mitħun
Filwaqt li l-konsum tal-frott għandu jkompli jiġi inkoraġġit, tajjeb li nżommu f’moħħna illi l-għadam u żerriegħa jaf ikollhom xi konsegwenzi fuq saħħitna