X’tista’ tagħmel; biex ma tinqafilx barra mid-dar
Kultant kulħadd ikun aljenat u jispiċċa joħroġ mid-dar mingħajr xi ħaġa li jkun irid jieħu miegħu. Ħafna drabi ma tkunx probema, għax kif tinduna tista’ ddur lura biex iġġib l-oġġett li tkun insejt. Imma l-akbar problema tkun jekk dak li tkun insejt ikun il-mazz taċ-ċwievet, u jinzerta m’hemm ħadd aktar id-dar biex jiftaħlek. U tkun problema akbar kważi nistgħu ngħidulha perikoluża jekk meta tissakkar barra tkun ħallejt xi tfal żgħar weħedhom jew xi borma fuq in-nar
Hemm xi affarjiet żgħar li jistgħu jgħinuk sabiex tnaqqas ir-riskju li tispiċċa msakkar barra minn darek. Waħda minn dawn l-affarijiet hi li dejjem iżżomm iċ-wievet fl-istess post. B’hekk tiġi rutina għalik illi qabel toħroġ tur fil-post fejn tħalli iċ-ċwievet u tiġborhom. Jekk tħallihom f’post li tkun tista’ tarahom int u ħiereġ, aħjar
Jekk għandek problema biex tiftakar tieħu xi affarjiet bħal mowbajl, kartiera jew ċwievet, dejjem tista’ ddaħħal rutina illi qabel toħroġ mid-dar tiċċekja li tkun ħadthom
Peress li l-mowbajl ħafna drabi sirna nġorruh magħna kullimkien, wieħed jista’ jinstalla sistema li tkun tista’ tiftaħ il-bieb ta’ darek permess tal-mowbajl. Hekk ma jkollokx problema jekk tun insejt iċ-ċwievet warajk.Il-problema tiġi jekk imurlek l-internet jew xi ħadd joħroġ warajk u jsakkar warajh. Apparti bil-mowbajl, wieħed jista’ jagħmel sistema li tiftaħ permezz ta’ PIN
Jekk xejn ma jsolvilek il-problema, tista’ ukoll tagħti xi ċavetta lil xi ħadd li tafda veru, bħall-ġenituri. U tiġi darek mal-ħajt u tkun issakkart barra, ftakar li minflok tkisser xi teqa u tagħmel il-ħsara, ftakar li hawn min joffri servizz professjonali sabiex jiftaħlek il-bieb