10 Ikliet Sustanzjużi għall-Iskola li Tfal Ma Jistgħux Jirrifjutaw – In-numru 8 favorit ta’ ħafna!
Żgur li kulħadd jaqbel li t-tfal ikollhom bżonn ikel li jagħtihom enerġija, speċjalment meta jkunu l-iskola. Mela ejja nagħtu daqqa t’id lil dawk il-ġenituri li dejjem qegħdin jikkonfondu x’se jpoġġu fil-lunchbox ta’ wliedhom. Hawn huma 10 ideat ta’ ikliet li tista’ tipprepara malajr:
- Insalata tal-għaġin jew tal-ħxejjex
Ibda billi tgħalli l-għaġin. Żid ftit tadam, żebbuġ, tonn jew għażla ta’ proteina bħal tiġieg. Żid dressing sempliċi bħal ftit żejt taż-żebbuġa u jew taħlita lesta.
- Frott biċ-Ċikkultata Skura
Tista’ tipprepara xi skewers ta’ frott, bħal għeneb, frawli, u anki banana b’dip taċ-ċikkulata skura. Tajjeb ħafna għal lunch jew anke biex jagħlaq l-ikla b’xi ħaġa ħelwa imma wkoll b’saħħitha.
- Wraps bil-Ħaxix
Aħmi wrap jew uża l-lest u imla b’ħaxix moqli bħal spinaċi, tadam, jew qarabali etċ. Żid ftit ġobon u għalaq il-tortilla f’roll. Qatta’ f’biċċiet żgħar biex jagħmlu snack ħafif imma li jżommhom b’enerġija għall-bqija tal-ġurnata.
- Yogurt biċ-Ċereali jew Granola
Tista’ tipprepara il-yogurt Grieg, granola jew cereali u frott bħal frawli, blueberries, żbib, coconut, tista anke iżżid xi lewż jew ġewż. Ikla ħafifa pero mimlija b’vitamini u probiotici li jgħinu lis-sistema diġestiva.
- Falafel bil-Hummus
Prepara taħlita ta’ ċicri, ħwawar u anke tista żżid xi ħaxix, u ffurmom f’blalen zgħar. Sajjarhom fil-forn jew airfryer u sservihom ma dip tal-hummus. Dan huwa tajjeb għal tfal li jħobbu xi ħaġa b’tgħomiet differenti, u jgħinhom jieklu aktar ħaxix.
- Stir-Fry tal-Ħaxix
Qatta’ ħaxix bħal brokkoli, karrotti, kaboċċi, patata u żid xi ħwawar bħal paprika, u sajjarhom f’taġen b’ftit żejt u soy sauce. Poġġihom f’kontenitur u żid ftit għaġin jew ross. Għalkemm tista’ tidher ikla kbira, dan huwa platt li joffri ħafna nutrijenti.
- Bars tal-Ċereali Mgħamulin id-Dar
Agħmel bars tal-Ċereali homemade billi tħallat ċereali integrali, żbib, ċikkulata skura, u butir ta’ lewż.Tisa wkoll żżid ftit għasel biex tgħaqqad. Din hija idea tajba minflok ħelu bid-differenza li għandek ingredjenti bnini.
- Tuffieħ imsajjar biż-Żbib
Qatta tuffieħa felli felli, u sajjarha f’taġen b’nar baxx. Żid ftit żbib, u kannella (cinnamon), u jekk trid, anke ftit għasel għat-tgħoma. Tista anke iżżid lewż jew ġewż.
- Muffins tal-Ħafur
Tista’ tagħmel muffins tal-ħafur u banana li huma ħelwin b’mod naturali u mingħajr zokkor miżjud. Dawn huma perfetti biex it-tfal jieklu xi ħaġa ħelwa waqt il-lunch. - Frejjeġ Żgħar
Perpara t-taħlita tal-froġa billi tuża bajd, ħaxix bħal spinaċi u bżar tal-kulur, u ftit ġobon. Minflok taqli l-frejjeġ waħda waħda, ssajarhom fil-forn ġo trej tal-muffins. Dawn il-frejjeġ jinġiebu ħafna mit-tfal, u huma perfetti għal snack ta’ malajr u sustanzjuż!