10 modi ta’ kif tqassam xogħlok aħjar
Il-ħajja mgħaġġla wisq u l-ħin itir. Li bniedem iqassam ħinu b’mod effettiv hija kapaċità imma anke għodda importanti fuq livell professjonali u anke personali.
Il-pressure fid-dinja tax-xogħol joħloq iktar tfixkil fil-ħaddiema. Studji jindikaw li madwar 43% tal-ħaddiema jsibuha diffiċli jibqgħu motivati u 29% li jibqgħu kkonċentrati. Il-produzzjoni fil-ħaddiema hija dejjem fil-periklu li tkompli tonqos. Għalhekk, ser insemmu xi ftit punti li jistgħu jgħinuna nqassmu l-ħin u x-xogħol tagħna aħjar.
- Żomm amment tal-ħin: Fuq il-post tax-xogħol il-production tfisser flus u jekk il-performance tiegħek tiddependi fuq hekk, identifika sewwa kif qed tqatta’ l-ħin fuq it-tasks li jkollok.
- Oħloq skeda u żomm magħha: Tajjeb li toħloq xi targets miegħek innifsek iżda importanti wkoll li dawn ikunu realistiċi. Eqred it-tentazzjoni li tittawwal fuq l-internet fuq affarijiet mhux tax-xogħol.
- Ipprijoritizza: Il-produzzjoni tiżdied jekk xogħlok tqassmu bi prijorità. Tista’ tagħmel xi ‘to-do list’ imma jaf ukoll tistressjak ftit. Teżisti l-Eisenhower Matrix, għodda li tgħinek tagħraf: l-affarijiet li trid tagħmel mill-ewwel, dawk li tista’ tippjanahom għal iktar tard, x’tista’ tiddelega u x’tista’ tneħħi mil-lista.
- Awtomatizza tasks li jkunu repetittivi: Tasks li huma bbażati fuq ripetizzjoni hemm ċans li jistgħu jiġu awtomatizzati. Jekk tara liem huma, tista’ tiffranka iktar ħin. Hemm ħafna apps li anke jistgħu jgħinuk fuq dan l-aspett.
- Eħles mill-iktar biċċa xogħol iebsa: Jekk għandek ħabta tipposponi xi task “kerha” għaliex iddejqek, ibda biha u eħlisha mill-ewwel.
- Iġbor t-tasks li huma simili: Iġbor affarijiet li għandhom l-istess funzjoni u aħdimhom flimkien. Eżempju tista’ tħalli xi meetings għall-klijenti dejjem fl-istess ħinijiet tal-ġimgħa.
- Uża l-AI biex tgħinek: L-Intelliġenza artifiċjali tista’ tgħinna ntejbu l-prestazzjoni tagħna. Xi programmi jgħinuk issib informazzjoni iktar prattika malajr, jew anke juruk il-punti l-aktar importanti.
- Żomm il-ħin b’mod raġjonevoli: Xogħol ta’ sagħtejn tagħmlux f’erbgħa għax taf li għandek xi ħin fuq ir-riħ. Importanti tagħmel limitu miegħek innifsek u tuża l-ħin neċessarju biss.
- Agħmel oġġett oġġett: Evita l-multitasking. Meta tagħmel aktar minn oġġett wieħed f’daqqa, l-moħħ jitlef ħafna iktar żmien jeqleb minn ħaġa għall-oħra u żżid iċ-ċans ta’ iktar żbalji.
- Kun organizzat kemm tista’ – L-iskrivanija żommha pulita, jekk hemm bżonn agħmel xi calender reminders u organizza l-files u l-folders tiegħek bl-aħjar mod sabiex issib id-dokumenti li għandek bżonn iktar malajr.