10 risposti li għandek tagħti jekk jikkummentawlek fuq il-piż

 10 risposti li għandek tagħti jekk jikkummentawlek fuq il-piż

Meta xi ħadd jikkummentalek fuq il-piż tiegħek, tispiċċa tħossok skomdu u lanqas tkun taf x’se taqbad tgħid. Hawn min sempliċiment jinjora kummenti tat-tip, filwaqt li hawn min iħallihom ikidduh fit-tul. 

Biex forsi tagħti tagħlima lil dak li jkun, biex ma jikkummentax fuq il-piż tiegħek u ta’ ħaddieħor, hawn taħt se ngħidulkom ftit risposti li tistgħu tagħtu biex iġġibu lil dak li jkun f’sensieh.

  1. Nippreferi persuni li ma jikkummentawx fuq ġismi.
  2. Vera tad-daħk, hux?
  3. Ġismi differenti, imma qalbi mimlija aktar!
  4. Jiddispjaċini li taħseb hekk, iżda jiena maħbuba u nħossni xxurtjata kif jien.
  5. Istra, ma kontx naf li qed naqsmu opinjonijiet li ħadd ma staqsa għalihom.
  6. Wow…normali għalik li tikkummenta fuq il-piż ta’ persuni oħrajn?
  7. Filwaqt li nifhem il-kurżita tiegħek, nippreferi nitkellem fuw xi ħaġa oħra.
  8. Ma naħsibx li dan huwa l-ħin u l-post li nitkellmu fuq il-piż tiegħi.
  9. Tista’ terġa’ tirrepeti lilek inniffsek?
  10. X’diżappunt li ħassejt il-bżonn li tgħid din il-ħaġa.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com