10 suġġetti li jwasslu għal argumenti banali bejn il-koppji
- Faċendi. Min se jagħmel xiex, meta u l-frekwenza. Il-platti, iż-żibel u t-tindif tal-kamra tal-banju jkunu fost l-iktar faċendi jaħarqu.
- Mistednin id-dar. Lil min jistiednu d-dar u kemm idumu? Barra hekk, ikun hemm min jippreferi li jkun jaf minn qabel bil-mistednin, mhux isibhom ma’ wiċċu.
- Ikel. Meta jiddeċiedu x’se jieklu, jaf ikollhom aptiti differenti. Imbagħad il-koppji ma jaqblux jekk iġibux takeaway jew isajru huma.
- Temperatura. L-AC, it-twieqi, il-kutri fuq is-sodda u anki t-temperatura tal-ilma huma fost l-affarijiet li jwasslu għal nuqqas ta’ qbil.
- Infiq. Mhux kulħadd jipprijoritizza l-istess affarijiet meta jonfoq. Hemm ix-xirja, id-divertiment, gadgets u ħwejjeġ … xi rridu u x’għandna bżonn?
- Sewqan, Kulħadd għandu preferenza kif isuq, jaqla’, idur u jipparkja. Meta xi ħadd mill-koppja jikkritika s-sewqan tal-ieħor, jaf iqumu l-irwiefen!
- Televixin. Meta jiġu biex jagħżlu x’se jaraw, jekk hux xi programm, logħba tal-isport, film jew serje, il-koppji aktarx li ma jaqblux.
- Pets. L-argumenti jinqalgħu l-iktar mhux fuq jekk jidħolx annimal, imma min se jitimgħu, inaddaflu u jomxtu. Fejn jorqod u min jieħdu jimxi wkoll ikunu punti għad-diskussjoni.
- Stili ta’ komunikazzjoni. Persuna jaf tippreferi messaġġ u l-oħra araha twaħħal il-mobile ma’ widnejha. Jaf ma jaqblux fuq kemm-il darba jitkellmu mal-jum.
- Safar. Fejn se mmorru? X’se nagħmlu? Kemm se nonfqu? X’se nippakkjaw? Mistoqsijiet ta’ din ix-xorta jqanqlu battibekk … jew tnejn.