5 modi sempliċi kif tieħu brejk u tieħu r-ruħ
Fil-ħajja mgħaġġla tal-lum, huwa faċli li tħoss li hemm bżonn tgħabbi lilek inniffsek b’ħafna affarijiet x’tagħmel biex tikseb is-suċċess li trid. Kemm jekk fix-xogħol tiegħek, fil-ħajja personali jew anke fuq il-midja soċjali, ħafna drabi se taffaċċja pressjoni sabiex tkompli għaddej mingħajr ma tieqaf għal ftit ħin. Hawn taħt se ngħidulkom ftit modi kif tistgħu tieqfu ftit u tirriġeneraw ruħkom.
- Ippjana mumenti li fihom ma taħseb dwar xejn – il-moħħ għandu bżonn ħinijiet ta’ pawża, mingħajr il-bżonn li jiffoka fuq responsabbiltajiet jew proċessi. Dawn il-mumenti jgħinuk tirriġenera l-enerġija tal-moħħ, tagħti spinta lill-kreattività u tnaqqas l-istress.
- Tgħallem ħu pawżi qosra – mhux kull pawża li tieħu hemm bżonn tkun vaganza. Anke li tieħu ftit minuti fejn tieqaf taħdem huwa importanti. Mur passiġġata, immedita jew agħmel xi attivita oħra li tirrilassak.
- Ħu pawża mill-iskrins – filwaqt li forsi tqalleb il-midja soċjali tidher bħal qisha pawża, tista’ minflok iżżidlek mal-istress. Minflok ipprova ħu pawża minn kull tip ta’ apparat diġitali, fejn tevita kull tip ta’ notifika li tista’ tidħol u tħarbatlek il-mument ta’ pawża.
- Ipprijoritizza mumenti u attivitajiet ta’ pawża u rilassament – sib ħinijiet li fihom verament tiffoka fuq attivitajiet li jirrilassawk u żidhom bħala parti essenzjali mir-rutina tiegħek ta’ kuljum. Dawn jinkludu qari, banju, u anke sempliċiment mumenti li fihom ma tagħmel xejn.
- Stabbilixxi regoli għall-pawżi tiegħek – dawn jistgħu jkunu li titfi n-notifiki, jew anke li tiddedika ġurnata għas-saħħa mentali.
Li tieħu pawża ma jfissirx biss li tieqaf għal ftit ħin, iżda wkoll li tirriġenera s-saħħa fiżika u mentali, biex tkun tista’ tirritorna għar-responsabbiltajiet tiegħek b’aktar enerġija u konċentrazzjoni.