5 postijiet fid-dinja fejn kważi impossibbli tgħix
Hawn postijiet fid-dinja fejn huwa impossibbli, jew kważi impossibbli li tgħix. Jekk inti kurjuż u tixtieq issir taf aktar dwarhom, kompli aqra hawn taħt!
L-Antartika
Il-kontinent li jinsab fil-punt l-aktar Nofsinhar tad-dinja jospita fih biss ftit stazzjonijiet ta’ riċerka. Huwa meqjus bħala l-aktar parti tad-dinja li għandha silġ, kesħa, nixfa u riħ.
Il-kosta tal-Lvant ta’ Greenland
F’din il-parti ta’ Greenland hemm art fi stat naturali li tospita fiha silġ, glaċieri u orsi polari. Dan ir-reġjun ma jgħixux nies fih minħabba l-kundizzjonijiet ħarxa li fih. Wieħed isib biss xi ftit stazzjonijiet metereoloġiċi u xjentifiċi.
Il-gżejjer Kerguelen
Dawn jinsabu fil-parti t’isfel tal-oċean Indjan u huma meqjusin bħala l-postijiet l-aktar iżolati fid-dinja. Hawn la joqgħodu popolazzjonijiet indiġeni u lanqas hemm riċerkaturi, tant li tħallew fl-istat naturali tagħhom.
L-Outback Awstraljan
F’dan il-post se ssib art vojta u varji deżerti u minħabba f’hekk baqgħu fil-maġġorparti tagħhom abbandunati. Jekk tikkumpara s-sħana ta’ Awwissu f’Malta mas-sħana li hemm f’din il-parti tal-Awstralja, probabbli se tgħid li Malta qiegħdin aħjar!
Il-gżejjer Pitcairn
Dawn huma grupp ta’ erba’ gżejjer vulkaniċi li jinsabu fin-Nofsinhar tal-Paċifiku. Il-fatt li huma iżolati u l-aċċess għalihom hu limitat…apparti mill-fatt li hemm il-famużi vulkani, ma tantx jagħmluhom post ideali fejn tibni ħajtek!