6 emozzjonijiet li kapaċi jħossu l-qtates! Kont taf bihom?
Qatt ħsibt jekk il-qattus tiegħek iħossx l-istess emozzjonijiet li tħoss inti? Minkejja li l-qtates ma jesprimux l-emozzjonijiet tagħhom bħal persuni umani, xorta waħda jħossu emozzjonijiet u sentimenti simili għalina l-bnedmin. Meta nifhmu dawn l-emozzjonijiet, inkunu nistgħu noħolqu konnessjoni aħjar ma’ dawn il-kreaturi ħelwin. Dawn huma s-sitt emozzjonijiet li jħossu l-qtates:
- Il-biża
- L-ansjetà
- Kuntentizza
- Frustrazzjoni
- Dipressjoni
- Serħan
Il-qtates kapaċi anke jirreaġixxu emozzjonalment għal uġigħ fiżiku, anke jekk ma jifhmux il-kawża tiegħu.
Il-qtates kapaċi jħobbu?
Il-qtates probabbilment iħossu wkoll l-imħabba lejn is-sid tagħhom. Huma juru l-affezzjoni tagħhom billi jteptpu għajnejhom bilmod, jolqtuk b’rashom u jpoġġi viċin tiegħek biex tmellishom.
Apparti minn hekk, il-qtates ma jħossux sentimenti bħal ħtija jew vendetta. Jekk jigirfulek l-għamara, jagħmlu dan minħabba stress jew biex jimmarkaw it-territorju tagħhom u mhux b’xi sinjal ta’ kattiverja.
Kont taf li kapaċi jifhmu l-emozzjonijiet tal-bniedem?
Jekk sidhom ikun stressat, imdejjaq jew irrabjat il-qtates se jindunaw. Apparti minn hekk, sempliċi tbissimha ġġiegħelhom jifhmu li jistgħu jitfissdu miegħek.