Affarijiet li ġew skoperti bi żball

 Affarijiet li ġew skoperti bi żball

Ġieli smajthom jgħidu li xejn ma jseħħ b’kumbinazzjoni? Kultant nistgħu ngħidu li hekk hu għax ikun hemm ċirkostanzi li minn ħaġa li tkun tidher ta’ falliment, toħroġ xi ħaġa li tkun ta’ siewi aktar mill-pjan oriġinali. U ċertu affarijiet li ġew żviluppati fid-dinja, ġew skoperti (jew kellhom il-bidu tagħhom) b’kumbinazzjoni

Qatt ma kienet l-intenzjoni ta’ Alexander Fleming li jiżviluppa il-penecillin. Wara li ġie minn vaganza Fleming induna li wieħed mill-petri dishes kellu xi moffa. Meta eżamina din il-moffa, induna li qrib tagħha ma kienx hemm batterja. Huwa ppublika dwar din l-iskoperta, u grazzi għal esperti tal-kimika mill Universita ta’ Oxford komplew jiġu żviluppati dawn l-antibijotiċi, sakemm ġew ittestjati fl-1940

F’ħafna djar, kif ukoll fil-postijiet industrijali kollha nistgħu ngħidu li wieħed isib smoke detectors installati, bħala mezz ta’ sigurta. Imma l-Iżvizzeru Walter Jaeger kien qed jipprova jivvinta xi ħaġa li kapaċi tintebaħ meta jkun hemm gass velenuż. Li ġara kien illi dan is-sensor ħadem meta qabad id-duħħan tas-sigarett.

Bħal penecillin, fil-qasam mediku, ħafna mediċini jiġu skoperti b’kumbinazzjoni. Imma b’differenza minn mediċini oħra, il-warfarina ġiet skoperta minn għalqa. Fl 1920 kien ġie nnutat li merħliet ta’ nagħaġ u baqar li kienu qed jirgħu fuq medda art partikolari kienu qed isofru minn emoroġija interna. Il-veterinarju Kanadiż Frank Schfield induna li kien hemm xi ħaġa li kienet qed traqqaq id-demm tal-baqar u n-nagħaġ . Għoxrin sena wara, xjentisti mill-Universita’ ta’ Wosconsin irnexxielhom jiżolaw il-kimika li kienet qed tikkawża dan kollu, u minn hemm ġiet żviluppata l-warfarina, mediċina li salvat miljuni ta’ ħajjiet

Bħal dawn l-iskoperti hemm diveri, fosthom il-Viagra, il-velcro, u s-sulfarini. Kultant kull deni ħudu b’ġid

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com