Anzjanità attiva għall-klieb
- S’għand il-vet. Għandhom iżuru lill-vet idealment darbtejn f’sena biex taqbad il-problemi kmieni. Importanti li, fejn possibbli, tibqa’ tlaqqamhom.
- Ikel tajjeb. Dawn l-annimali jeħtieġu dieta tajba u nutrittiva, adattata għall-età tagħhom. Evitalhom piż żejjed, li jaf joħloq problemi oħrajn jew jiggravahom.
- Mobilità. Il-klieb anzjani xorta għandek teħodhom jimxu u tilgħab magħhom. Eżerċizzju moderat u adattat għalihom isaħħaħ il-muskoli u jħoll il-ġogi.
- Immaniġġjar tal-uġigħ. F’età avvanzata jaf ikollhom kundizzjonijiet li jikkawżaw l-uġigħ. Kellem lill-vet biex jagħtihom xi mediċina li tgħinhom iħossuhom aħjar.
- Kura tas-snien. Jekk taħslilhom snienhom regolarment, tnaqqas ir-riskji ta’ mard tal-ħanek u taħsir tas-snien.
- Taħriġ tal-moħħ. Ġugarelli, puzzles u logħob iżommu moħħ il-klieb anzjani għaddej u ma jkunx hemm degredazzjoni konjittiva.
- Grooming u ndafa. Li tomxot il-pil, taqta’ d-dwiefer u taħsilhom regolari tgħin liċ-ċirkulazzjoni u l-iġjene. Ikollok ċans tgħarrex għal xi rqajja’ xotti, boċċi jew telf ta’ pil.
- Adatta għall-bżonnijiet differenti. Jaf tkun trid tagħmel xi rampa biex il-klieb anzjani jitilgħu xi mkien. Idealment, ir-reċipjenti tal-ikel ikunu ftit maqtugħin mill-art.
- Fittex sinjali ta’ xjuħija. Klieb anzjani jaf ikunu iktar kalmi u jorqdu iżjed, imma bdil drastiku, bħal irqad esaġerat jew ċaqliq żejjed, jaf juru sinjal ta’ problema.
- Tihom l-imħabba. Klieb anzjani jridu rutina biex iħossuhom siguri, protetti u maħbubin. Il-fsied u t-tgħanniq importanti, imma attenzjoni għal meta terfagħhom għax jaf ikunu sensittivi.