Biskuttini tal-lewż
Meta nattendu għal xi festin ta’ xi praċett, magħmudija jew tieġ, ikollna quddiemna għażla kbira ta’ ħelu u pasti differenti minn fejn nagħżlu. Imma fl-imgħoddi ma kienx hawn dik l-għażla, u ma kienx ikollok wisq minn fejn tagħżel xi ħaġa li tiggosta. Imma ma kinitx problema, għax fost il-ftit għażla li kont issib, bilfors kont issib il-biskuttini tal-lewż. Ma stajtx tkun preżenti f’xi festin u ma tarax dawn il-biskuttini, bil-lewża fuq u l-ostja taħt
Forsi llum nqatgħu xi ftit. U jekk qed tiġik nostalġija għalihom, dejjem tista’ tipprova tagħmilhom. M’hemmx bżonn tkun xi dulċier professjonali, għax huma sempliċi u jieħdu biss ftit minuti ta’ preparazzjoni
Għal filmat tar-riċetta, agħfas hawn
Ingredjenti
Qoxra ta’ lumija maħkuka – Catania & Cini Ltd
200 gramma zokkor Castor – Lamb Brand & Loaded Pantry
200 gramma lewż pur mitħun – Lamb Brand & Loaded Pantry
Ftit lewż sħiħ – Lamb Brand & Loaded Pantry
Abjad ta’ żewġ bajdiet
Nofs kuċċarina essenza tal-lewż
Kuċċarina essenza tal-vanilja
3 karti tal-ostja – Lamb Brand & Loaded Pantry
Metodu
1) F’mixer itfa’ il-qoxra tal-lumija, iz-zokkor u l-lewż mitħun u ħawwad sewwa
2)F’reċipjent ieħor, agħmel l-abjad tal-bajd, l-essenza tal-vanilja u tal-lewż
3) Itfa dawn l-aħħar ingredjenti fil-mixer u erġa’ ħawwad
4) Ifrex il-karti tal-ostja, waħda fuq kull dixx li se ddaħħal fil-forn
5) Uża piping bag biex tferrex it-taħlita fuq id-dixx. Ifforma qishom blalen żgħar
6) Poġġi lewża sħiħa fuq kull balun li ffurmajt
7) Sajjar f’forn b’temperatura ta’ 180 grad Celcius għal 20 minuta