Braġoli l-forn mimlija bil-faqqiegħ

 Braġoli l-forn mimlija bil-faqqiegħ

Forsi għal ħafna nies, meta nisimgħu bil-kelma “braġoli”, jiġu f’moħħna braġoli mimlija b’xi kapuljat, bejken, perżut u bajda iebsa, u msajrin bħala stuffat. F’din ir-riċetta, nistgħu naraw kif il-braġoli jistgħu jimtlew b’mod differenti, imsajjar ukoll b’mod differenti (fil-forn) u jiġu servuti b’kontorn differenti

Agħfas hawn għal filmat tar-riċetta

Ingredjenti għal-braġoli

Biċċtejn dgħif tal-vitellaChurchill Master Butchers
Ftit faqqiegħCatania & Cini Ltd
Mgħarfa ħall tal-inbid aħmar – Attard & Co
Mgħarfa żejt taż-żebbuġa Attard & Co
Melħ
50 gramma ġobon Pecorino Romano maħkuk – Attard & Co
200 gramma bejken streaky – Churchill Master Butchers

Ingredjenti għal-pastarda

Pastarda Catania & Cini Ltd
Sinna tewm
Mgħarfa żejt taż-żebbuġaCatania & Cini Ltd
Kwart ta’ tazza ġobon ParmġġanAttard & Co
Trab tal-basal
Melħ
Bżar

Għall-braġoli

B’martell tal-kċina, sawwat ftit il-laħam
Qatta’ l-faqqiegħ u itfgħu f’bieqja
Mal-faqqiegħ, żid il-ħall tal-inbid aħmar, melħ u ż-żejt
Ferrex it-taħlita fuq il-laħam, żid il-ġobon u gerbeb il-laħam
Mal-laħam dawwar biċċa bejken
Dawwar karta forno mal-laħam u sajjar għal 30 minuta fil-forn b’temperatura ta’ 220 grad Celcius

Għal Pastarda

Qatta’ l-pastarda f’biċċiet żgħar
Żid magħha sinna tewm imqatta żgħir u ż-żejt taż-żebbuġa
Żid il-ġobon
Ħawwar bit-trab tal-basal, melħ u bżar
Ħawwad sew u ferrex fuq dixx
Sajjar fil-forn b’temperatura ta’ 220 grad Celcius għal madwar 20-25 minuta
Kif isir kollox, servi l-braġoli mal-pastard

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com